Meta ttellgħu l-poloz tal-play-offs tal-Conference League, l-aktar partita attraenti hija dik bejn Ajax kontra Bodo-Glimt.
Dan minħabba li l-attenzjoni hija fuq it-team glorjuż Olandiż li għadu kemm ħareġ minn kriżi kbira hekk kif sa ftit ġimgħat ilu kien fiż-żona tar-relegazzjoni tal-Kampjonat Olandiż. Minn dawn it-timijiet Ajax biss kienu champions Ewropej.
Il-poloz irriżultaw hekk:
Sturm Graz v Slovan Bratislava
Servette v Ludogorets
Union Saint-Gilloise v Eintracht Frankfurt
Real Betis v Dinamo Zagreb
Olympiakos v Ferencvaros
Ajax v Bodo-Glimt
Molde v Legia Warsaw
Maccabi Haifa v Gent
L-ewwel legs jintlagħbu fil-15 ta’ Frar u t-tieni legs jintlagħbu fit-22 ta’ xahar.
Ir-rebbieħa jikkwalifikaw għal mal-Aħħar 16 u jittellgħu biex jilagħbu kontra r-rebbieħa tal-gruppi tal-ewwel fażi li huma: Lille, Maccabi Tel Aviv, Victoria Plzen, Club Brugge, Aston Villa, Fiorentina, PAOK u Fenerbahce.