Friday, May 3, 2024

Poloz tal-Euro 2024: L-Italja, il-Kroazja, l-Olanda u Spanja huma fl-aqwa seeds

Aqra wkoll

Bis-saħħa tal-wirjiet tagħhom fin-Nations League, l-Italja, il-Kroazja, l-Olanda u Spanja huma l-aqwa seeds fit-tlugħ tal-poloz tal-kwalifikazzjoni tal-Euro 2024 u se jkunu fi grupp ta’ ħames timijiet, li jfisser li jistgħu jiffaċċjaw lill-Ingilterra jew lil Franza.

L-Azzurri rebħu ‘l hekk imsejjaħ Grupp tal-Mewt quddiem l-Ungerija, il-Ġermanja u l-Ingilterra, u għalhekk se jilagħbu fl-Aħħar Erbgħa tan-Nations League f’Ġunju tal-2023.

Minħabba dawk il-logħbiet f’Ġunju, dawn l-erbgħa timijiet tpoġġew f’pot bl-isem ta’ UEFA Nations League separat u se jitqiegħdu fi gruppi ta’ ħames timijiet.

Dan ifisser li se jilagħbu biss tmien partiti ta’ kwalifikazzjoni minflok 10, u għalhekk għand­hom ġranet ta’ mistrieħ biex jilagħbu fl-Aħħar Erbgħa.

Għalkemm it-team ta’ Roberto Mancini naqas milli jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja 2022 li se ssir aktar tard din is-sena, il-wirjiet tagħhom fin-Nations League u r-rebħa tal-Euro 2020 ifissru li huma għadhom seeded fit-tlugħ biex jikkwalifikaw għall-Euro 2024.

It-tlugħ se jsir fi Frankfurt nhar il-Ħadd, 9 ta’ Ottubru, u se jieħdu sehem 53 assoċjazzjoni membru tal-UEFA, li se jitnaqqsu għal 24 għat-tournament li se jsir f’Ġunju u Lulju 2024.

Il-Ġermanja diġà hija kwalifikata bħala l-pajjiż organizzatur, filwaqt li r-Russja hija sospiża wara l-invażjoni tal-Ukrajna.

L-Italja hija ssidjata flimkien mal-Olanda, il-Kroazja, Spanja, id-Danimarka, il-Portugal, il-Belġju, l-Ungerija, l-Isvizzera u l-Polonja.

Ninżlu għal Pot 2 hemm xi avversarji diffiċli potenzjali fosthom Franza, l-Ingilterra u s- Serbja.

KIF SE JAĦDEM IT-TLUGĦ TAL-POLOZ?

*53 assoċjazzjoni nazzjonali se jieħdu sehem fit-tlugħ tal-kwalifikazzjoni.

*Il-Ġermanja bħala l-organizzaturi tat-tournament tal-finali huma awtomatikament kwa­lifikati u għalhekk mhux se jieħdux sehem fit-tlugħ.

*It-timijiet Russi kollha bħalissa huma sospiżi wara d-deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA tat-28 ta’ Frar 2022 li kompliet ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Arbitraġġ għall- Isport fil-15 ta’ Lulju, 2022. Għalhekk ir-Rus­sja mhijiex inkluża fil-poloz tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA 2022-24.

*It-53 team li se jipparteċipaw fit-tlugħ ta’ kwalifikazzjoni huma ssidjati skond il-klassifika ġenerali tal-UEFA Nations League 2022/23 u se jkunu allokati f’10 gruppi ta’ kwalifika (seba’ gruppi ta’ ħames timijiet u tliet gruppi ta’ sitt timijiet).

Il-prinċipji tat-tlugħ ma nbidlux meta mqabbel mal-edizzjoni preċedenti. L-addattamenti speċifiċi huma enfasizzati hekk:

*L-erba’ finalisti tal-UEFA Nations League jittellgħu fi gruppi ta’ ħames timijiet, biex ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-finali f’Ġunju 2023.

*Ħames pari ta’ pajjiżi huma dikjarati bħala pprojbiti. Għalhekk huma ma għandhomx jittellgħu fl-istess grupp: Armenja/Azerbaijan, Belarus/Ukrajna, Ġibiltà/Spanja, Kosovo/Bosnja/Herzegovina u Kosovo/Serbja.

*Massimu ta’ żewġ postijiet tax-xitwa jistgħu jinġabru fl-istess grupp: il-Belarus, l-Estonja, il-Faroe Islands, il-Finlandja, l-Islanda, il-Latvja, il-Litwanja u n-Norveġja.

*Diversi pairings ta’ pajjiżi ġew dikjarati li jirrappreżentaw distanza ta’ vjaġġar eċċessiv. Massimu ta’ koppja waħda bħal dan tista’ tittella’ fl-istess grupp.

Għaldaqstant, is-seedings kollha huma:

POT UEFA Nations League: Italja, Olanda, Kroazja, Spanja

POT 1: Danimarka, Portugall, Belġju, Ungerija, Svizzera, Polonja

POT 2: Franza, Awstrija, Repubblika Ċeka, Ingilterra, Wales, Iżrael, Bosnja/Herzegovina, Serbja, Skozja, Finlandja

POT 3: Ukrajna, Islanda, Norveġja, Slovenja, Irlanda, Albanija, Montenegro, Rumanija, Svezja, Armenja

POT 4: Georgia, Greċja, Turkija, Kazakhstan, Lussemburgu, Azerbaijan, Kosovo, Bulgarija, Faroe Islanda, Maċedonja ta’ Fuq

POT 5: Slovakkja, Irlanda ta’ Fuq, Ċipru, Belarus, Litwanja, Ġibiltà, Estonja, Latvja, Moldova, Malta

POT 6: Andorra, San Marino, LiechtensteinP

Sport