Il-Ġimgħa, fil-kwartieri ġenerali tal-FIFA, fi Zurich, l-Isvizzera, ittellgħu l-poloz tar-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2026.
Din l-edizzjoni finali se tiġi organizzata minn tliet pajjiżi bejn il-11 ta’ Ġunju u d-19 ta’ Lulju 2026.
Dawn huma l-Kanada, il-Messiku u l-Istati Uniti … f’16-il belt differenti. Din se tkun l-ewwel darba li t-Tazza tad-Dinja se tintlagħab fi tliet pajjiżi u l-ewwel darba fil-pajjiżi tal-Amerika ta’ Fuq mill-1994.
B’kollox kien hemm 54 team fl-urna mill-Konferedazzjoni tal-UEFA fejn ġew imqassma fi 12-il grupp.
Intant, il-polza ta’ Malta ma kinitx daqstant attraenti hekk kif l-avversarji se jkunu, it-tellief bejn Spanja u l-Olanda, il-Polonja, il-Finlanda u l-Litwanja.
Ta’ nota huwa l-fatt li kwarti-finali tal-UEFA Nations League b’xi mod se jinfluwenzaw dawn il-poloz hekk kif għandhom żewġ “mogħdijiet”.
Il-partiti msemmija huma: Ġermanja v Italja, Spanja v Olanda, Portugall v Danimarka u Franza v Kroazja.
Huma jikkonfermaw l- avversarji tagħhom skond l-eżitu tal-aħħar tmienja tal-UEFA Nations League, li se jintlagħbu fuq żewġ legs.
Il-partiti tar-round ta’ kwalifikazzjoni se jintlagħbu bejn Marzu u Novembru tas-sena d-dieħla fl-intervalli tal-logħob internazzjonali.
Il-partiti jsiru fuq sistema ta’ round-round fuq bażi ta’ home u away.
Ir-rebbieħa ta’ kull grupp jikkwalifikaw b’mod awtomatiku filwaqt li jingħaqdu magħhom l-aħjar erba’ kklassifikati fit-tieni post għal total ta’ 16.