Il-President ta’ Ħamrun Spartans Joseph Portelli ħasad lil bosta hekk kif ftit minuti qabel it-tmiem tal-partita kontra Gudja United huwa deher jagħmel xi ġirjiet.
Għalkemm fl-aħħar xhur huwa kien irriżenja mill-irwol tiegħu biex ikun jista’ jilgħab ftit minuti minn din l-aħħar logħba insinifikanti għal Ħamrun, it-talba tiegħu biex jitħalla jifforma parti mill-iskwadra kienet ġiet miċħuda.
Portelli ma kiser l-ebda regolamenti hekk kif għalkemm bosta ħaduha bħala sorpriża u possibbiltà ta’ warming up biex jidħol fil-grawnd, huwa għamel biss żewġ ġirjiet u deher dieħel fid-dressing room.
F’kummenti lill-midja huwa kkummenta fi-qosor dwar din il-ħolma tiegħu u qal li dik kienet ix-xewqa tiegħu li ma ħallewhx jirrealizza – li jilgħab ħames minuti mat-tim rebbieħ li rnexxielu jibni.