Monday, May 20, 2024

Ħamrun Spartans jiċċelebraw bil-kbir ir-rebħ tad-disa’ titlu

Aqra wkoll

Hamrun S … 2

Gudja U … 0

Hamrun Spartans iċċelebraw bil-kbir ir-rebħ tad-disa’ titlu u t-tieni wieħed fi tliet snin meta għelbu lil Gudja United bl-iskor ta’ 2-0, f’partita li huma ddominaw mill-bidu sat-tmiem. 

Żewġ minuti logħob – Ħamrun Spartans għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss żewġ minuti Ryan Camenzuli kellu xutt fil-baxx salvat parzjalment mill-goalkeeper u captain ta Gudja, Glenn Zammit, biex mir-rebound ELVIS MASHIKE SUKISA minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

10 minuti logħob – Ħamrun Spartans komplew fuq l-offensiva u tmien minuti wara rdoppjaw l-iskor meta minn corner ta’ Roko Prsa, imblokka parzjalment Glenn Zammit, bil-ballun jintemm għand RYAN CAMENZULI li kellu x-xutt bid-dawra mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Glenn Zammit. 

Ritratt: Walter Sargent

L-azzjoni sussegwenti waslet biss fid-59 minuta meta Luke Montebello kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ideali salvat tajjeb minn Glenn Zammit.

Ftit wara, il-president ta’ Hamrun Joseph Portelli deher jagħmel il-warming-up tiegħu iżda ma ġiex utilizzat mill-coach Branko Nisevic biex deher jidħol lejn id-dressing room ta’ Hamrun.

L-Ispartans komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita. 

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier, 9-Elvis Mashike Sukisa, 12-Roko Prsa, 25-Ederson Bruno Domingos (23-Karl Holmberg 56), 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan (77-Joseph Mbong 67), 63-Jonny (10-Jorge Ailton Soares 57), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli (5-Sven Xerri 76) Coach: Branko Nisevic

Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 7-John Mintoff (92-Jean Claude Bugeja 84), 8-Tatsuro Nagamatsu, 9-Vito Plut, 11-Shaisen Attard (99-Irisio Kolf Divaio 84), 13-James Arthur, 14-Neil Anthony Micallef, 17-Karl Micallef, 23-Neil Tabone, 39-Samuel Gomes Da Mata (21-Joseph Attard 69), 88-Farid Romero Zuniga Coach: Ludvic Bartolo

Referee: Ishmael Barbara

Ass. Referees: Roberto Vella, Duncan Spencer

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: E. Mashike Sukisa 2, R. Camenzuli 10 (H)

Ammoniti: Ħadd

Player tal-Logħba: Ryan Camenzuli (H)

Sport