Wednesday, April 24, 2024

Possibbiltà li fuq il-pjaneta Venus hemm il-ħajja

Aqra wkoll

Xjentisti li jistudjaw l-atmosfera u dak kollu li jiġri fl-univers potenzjalment sabu l-ħajja fuq il-pjaneta Venere (Venus), it-tieni l-iktar pjaneta viċin ix-xemx. Din l-aħbar żvolgit hekk kif dawn l-istudjużi sabu traċċi tal-gass fosfina. Dan il-gass li nstab fis-sħab mgħandux kulur u huwa rilaxxat minn mikroorganiżmi meta ma jkunx hemm ossiġnu.

Ix-xjentisti qalu li l-possibbiltà ta’ ħajja fuq din il-pjaneta hija waħda mill-ħafna possibbiltajiet li jistgħu jkunu li kkawżaw ir-rilaxx ta’ dan il-gass. In-NASA se tkun qed torganizza żewġ operazzjoni spazjali fuq il-pjaneta Venere.

Sport