Wednesday, May 15, 2024

Possibbiltá li l-Kampjonat Premier jiġi pospost għal ftit ġimgħat?

Aqra wkoll

Teżisti possibbiltá li l-Kampjonat Premier jiġi pospost wara l-waqfa tal-festi tal-Milied.

Dan minħabba li t-tifqigħa tal-Covid-19 qed tkompli tisplodi u għaldqastant il-maġġoranza tal-clubs talbu għal laqgħa mal-amministrazzjoni tal-Malta Football Association biex jitwaqqaf il-kampjonat b’mod temporanju.

Diġá ġew posposti żewġ logħbiet minħabba każijiet tal-coronavirus. Dan huwa Sliema Wanderers v Balzan u Hamrun Spartans v Valletta. L-ewwel logħba kienet se tintlagħab proprju llum iżda reġgħet ġiet posposta minħabba każijiet fil-kamp ta’ Balzan.

Il-programm li jmiss huwa skedat għas-Sibt 8 u l-Ħadd 9 ta’ Jannar iżda l-clubs qed jitolbu li  għall-inqas jitressaq b’ġimgħa biex forsi s-sitwazzjoni tal-Covid-19 tittaffa xi ftit.

Peró wieħed irid jara jekk is-sitwazzjoni hijiex verament se titjib hekk kif in-numri ta’ persuni pożittivi għall-coronavirus qed jimmultiplikaw fejn laħqu ċifra rekord ta’ 1,337 proprju l-Erbgħa li għadda.

Sport