Wednesday, September 16, 2026
Home Sport Possibbiltá li s-Super Cup Taljana tintlagħab fl-Istati Uniti?

Possibbiltá li s-Super Cup Taljana tintlagħab fl-Istati Uniti?

0
47
Ritratt: wikipedia - supercoppa italiana.it

Teżisti possibbiltá li s-Super Cup Taljana tista’ tintlagħab fl-Istati Uniti, għalkemm San Siro għadu l-għażla ewlenija hekk kif il-Lega Serie A qed tikkunsidra diversi possibilitajiet. Skont rapporti fil-media Talajna,  il-logħba bejn Inter u Lazio mistennija tintlagħab bejn il-21 u t-23 ta’ Diċembru, iżda l-post għadu mhux magħruf. 

Din is-sena l-kompetizzjoni se terġa’ ssir b’logħba waħda, bejn iċ-champions tas-Serie A u r-rebbieħa tal-Coppa Italia, jew ir-runners-up f’dan il-każ.

Il-Marokk kien wera interess li jospita l-logħba, iżda bħalissa l-proposta waqfet u tista’ terġa’ tiġi kkunsidrata s-sena d-dieħla. 

Fl-istess waqt, l-interess mill-Istati Uniti għadu qawwi, u mistennija offerta diretta lil-Lega fil-jiem li ġejjin. Jekk il-logħba tintlagħab fl-Istati Uniti, x’aktarx issir f’post fil-lvant tal-pajjiż għalkemm il-belt għadha mhix magħżula. 

Jekk ma jkunx hemm offerta finanzjarja attraenti, San Siro jista’ jkun il-pjan alternattiv. 

Id-deċiżjoni mistennija tittieħed qabel l-aħħar ta’ Settembru. Il-bidla għal logħba waħda hija importanti għall-partitarji, wara kritika dwar il-format ta’ erba’ timijiet fl-Arabja Sawdija.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here