Wednesday, September 16, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Il-coach il-ġdid ta’ Skozja jsejjaħ sitt players ibbażati fis-Serie...

UEFA Nations League: Il-coach il-ġdid ta’ Skozja jsejjaħ sitt players ibbażati fis-Serie A

0
50
Il-coach il-ġdid ta' Skozja, Sebastien Pocognoli (fin-nofs)

Sebastien Pocognoli sejjaħ sitt plaers li jilagħbu fis-Serie A għall-ewwel skwadra tiegħu tal-Iskozja, b’Sassuolo jipprovdi tnejn minnhom. 

Id-difensur Josh Doig u l-attakkant Kieron Bowie ġew imsejħa lura wara li tilfu t-Tazza tad-Dinja, wara li impressjonaw ma’ Sassuolo. Bowie skorja fil-logħba ta’ Sassuolo kontra Juventus, li spiċċat 3-2, filwaqt li Doig ukoll lagħab. 

Il-midfielder ta’ Napoli, Billy Gilmour, irritorna wara li problema fl-irkoppa kienet ġiegħlitu jirtira mill-aħħar skwadra ta’ Steve Clarke. 

Lewis Ferguson ta’ Bologna, Lennon Miller ta’ Udinese u Nathan Patterson ta’ Torino jiffurmaw il-kumplament tal-players li jilagħbu fl-Italja. Miller huwa wieħed mis-seba’ players li ġew imsejħa lura wara li kienu tilfu t-Tazza tad-Dinja.

Scott McTominay u Che Adams huma żewġ assenti notevoli, minħabba operazzjoni żgħira tal-qalb u injury rispettivament.

L-ewwel logħbiet ta’ Pocognoli se jkunu kontra s-Slovenja fis-26 ta’ Settembru u kontra l-Isvizzera tlett ijiem wara. L-iskwadra tinkludi wkoll players bħal Andy Robertson, John McGinn u Kieran Tierney.

Kieron Bowie ta’ Sassuolo, imsejjaħ fl-iskwadra Taljana, jidher jiċċelebra wara li skorja fir-rebħa ta’ 3-2 fuq Juventus

L-iskwadra msejħa hija:

Goalkeepers: Scott Bain (Falkirk), Angus Gunn (San Jose Earthquakes), Liam Kelly (Rangers), Jon McCracken (Bradford City)


Difensuri: Luis Binks (Brondby), Josh Doig (Sassuolo), Colby Donovan (Celtic), Luke Graham (Stoke City), Jack Hendry (Al-Ettifaq), Aaron Hickey (Brentford), Scott McKenna (Dinamo Zagreb), Nathan Patterson (Torino), Andy Robertson (Tottenham), Kieran Tierney (Celtic), Stephen Welsh (Swansea City)

Midfielders: Ryan Christie (Bournemouth), Lewis Ferguson (Bologna), Billy Gilmour (Napoli), John McGinn (Aston Villa), Kenny McLean (Norwich City), Josh McPake (Hearts), Lennon Miller (Udinese)


Attakkanti: Kieron Bowie (Sassuolo), Findlay Curtis (Rangers), Ben Gannon-Doak (Bournemouth), Oli McBurnie (Hull City), Robbie Ure (Sevilla), James Wilson (Hearts)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here