Wednesday, December 25, 2024

BUDGET 2022: Malta Ġusta

Aqra wkoll

Ċentru tal-immigranti tal-Marsa… fi stadju avvanzat biex jingħalaq kompletament

Fid-diskors tiegħu l-Ministru qal li naqqsu drastikament in-numru ta’ nies li jgħixu fiċ-ċentru tal-immigranti tal-Marsa u jinsabu fi stadju avvanzat biex dan iċ-ċentru jingħalaq kompletament. Żied jgħid li mhux talli hekk, talli jridu jiġġeneraw din iż-żona u jagħmlu mezz li l-faċilitajiet u l-ispazju f’din iż-żona jibdew jintużaw mill-għaqdiet, it-tfal u ż-żgħażagħ. Qal li dan qed jagħmluh mingħajr ma poġġew piż ġdid fuq lokalitajiet oħra.

Affarijiet Barranin

Il-Ministru qal li s-sena d-dieħla se tkun sena importanti ferm għall-irwol ta’ Malta fin-Nazzjonijiet Magħquda, hekk kif minn Ġunju li ġej ikunu intensifikati t-tħejjijiet biex għal sentejn sħaħ, matul l-2023 u l-2024, Malta jkollha siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. Qal li matul is-sena li ġejja Malta se tkompli tkun vuċi importanti favur il-multilateraliżmu. 

Ħarsien u drittijiet tal-annimali

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru qal li biex ikomplu juru l-impenn tal-Gvern favur il-ħarsien u drittijiet tal-annimali, is-sena d-dieħla se jħejju strateġija nazzjonali għall-ħarsien u t-trattament xieraq tal-annimali. Qal li matul is-sena d-dieħla, se jibdew jesploraw il-possibbiltà li jinfetaħ rehoming centre modern għall-adozzjoni tal-annimali, inkluż annimali li jgħixu fit-toroq.

Ugwaljanza

Fil-qasam tal-ugwaljanza l-Ministru qal li se jkomplu l-ħidma biex pajjiżna jibqa’ fost l-aktar inklussivi fl-Ewropa, fejn se naraw inizjattivi bħal marka tal-ugwaljanza li tiċċertifika kumpaniji lokali, il-proġett Empowerment for Diversity u se jespandu l-programm ‘Jiena Nappartjeni’. Qal li se jkunu qed jimplimentaw strateġija kontra razziżmu flimkien mal-imsieħba soċjali u l-midja

Ekonomija

Sport