Friday, May 17, 2024

BUDGET 2022: Malta B’Saħħitha

Aqra wkoll

Il-moniteraġġ taz-zokkor estiż għaż-żgħażagħ

Ir-‘Remote Patient Monitoring’ – proġett pilota li kien introdott biex isir monitoraġġ regolari u kontinwu tal-livell taz-zokkor fit-tfal taħt is-sittax-il sena li jbatu mid-Dijabete Tip I – ser jibqa’ jkun sostnut u gradwalment estiż għaż-żgħażagħ ta’ bejn is-17 u l-21 sena li jbatu mill-istess kundizzjoni. 

Aktar Faċilitajiet Sportivi

Is-sena d-dieħla Sport Malta ser tkompli tinvesti f’aktar faċilitajiet sportivi fosthom fil-Kumpless tal-Marsa, il-pixxina ta’ daqs olimpiku f’Bormla u ser isir xogħol fuq il-pitch tal-waterpolo f’Marsaskala, il-Belt u Marsaxlokk. Ser isir ukoll grawnd tal-futbol ġdid għall-Imsida St. Joseph. 

Imħabbra miżuri ġodda relatati mal-oqsma tal-Arti u l-Kultura

  1. Ir-rata ta’ taxxa tad-dħul għall-artisti ser tkun ta’ 7.5% u ser tkun tapplika mis-sena bażi ta’ 2022. 
  2. Għal fini ta’ taxxa tad-dħul tal-artisti, ser indaħħlu mekkaniżmu li jistabbilixxi d-dħul tal-artisti fuq medja ta’ 3 snin. 
  3. Valutazzjoni ta’ €1 miljun sabiex tinħoloq skema ta’ garanzija għall-attivitajiet artistiċi indipendenti bl-iskop li tgħin lill-produtturi u l-promoturi jiġbru spejjeż li ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati minħabba r-restrizzjonijiet mhux mistennija li jistgħu jkunu neċessarji jekk jinbidlu ċ-ċirkostanzi. 
  4. Tissaħħaħ l-iskema ta’ għajnuna li tingħata għal seats li ma jkunux jistgħu jinbiegħu f’każ ta’ restrizzjonijiet ġodda fuq l-avvenimenti. Għal dan il-għan, qegħdin nivvutaw €2 miljun. 
  5. Ser tinħoloq skema ta’ għajnuna għal proġetti artistiċi indipendenti li ser titmexxa mill-Kunsill Malti għall-Arti. Għal dan il-għan qegħdin nivvutaw €2 miljun.
Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport