Monday, May 13, 2024

BUDGET 2022: Malta Moderna

Aqra wkoll

Transport Pubbliku b’xejn għal kulħadd

Il-Ministru Clyde Caruana ħabbar li minn Ottubru tas-sena d-dieħla, it-trasport pubbliku se jkun provdut b’xejn għal kull Malti u Għawdxi u nies residenti f’Malta u f’Għawdex. B’hekk minn din id-data pajjiżna se jkun it-tieni pajjiż fl-ewropa fejn it-trasport pubbliku jkun b’xejn. 

Trasport bil-baħar

Ħidma biex il-gvern iżid numru ta’ mollijiet biex b’hekk ikunu jistgħu jinħolqu rotot alternattivi u b’hekk titnaqqas id-dipendenza fuq il-vetturi privati. Se jkunu qed jitlestew il-mollijiet f’Tas-Sliema u Bormla, bini mill-ġdid tal-mollijiet u promenade ġdid bejn il-Birgu u l-Kalkara u bini mill-ġdid tal-breakwater ta’ Buġibba.

Ritratt: Alan Saliba

Żieda fl-għotja finanzjarja għal xiri ta’ vetturi li jniġġzu anqas

L-għotja finanzjarja li tinċentiva ix-xiri ta’ vetturi ġodda li jaħdmu bl-elettriku jew inkella Plug-In Hybrids se tiżdied bi €3,000 minn l-għada tal-budget. Minn €8,000, din l-għotja se tiżdied €11,000 u titla sa €12,000f’każ li tiġi użata l-iskema tal-iskrappjar tal-vetturi wkoll.

Skema għall-vetturi li jiġu installati l-pannelli fotovoltajiċi fuqhom

Skema ġdida fejn vetturi bħal minibuses, coaches u trakkijiet li fuqhom jiġu installati l-pannelli fotovoltajiċi, jingħataw għotja sa massimu ta’ €900.

Skema biex intrapriżi jbiddlu vetturi li jaħdmu bil-fjuwil għal vetturi elettriċi ġodda

Se tkun imnedija skema mill-Malta Enterprise maħsuba biex tassisti intrapriżi jibdlu vetturi li jaħdmu bil-fjuwil għal vetturi li jaħdmu b’mod elettriku u soluzzjonijiet oħra.

Installazzjoni ta’ 1,200 Charging Points

Fit-tliet snin li ġejjin se jkunu installati madwar 1,200 Charging Points fil-pajjiż kollu. 

Diġitalizzazzjoni fir-Reġistrat ta’ vetturi u vapuri

Investiment biex tinbidel is-sistema ta’ reġistrazzoni tal-vetturi fejn ta’ kull sena jiġu reġistrati medja ta’ 800 vettura fix-xahar. Barra minn hekk se tkun qiegħda tinbidel is-sistema Tal-Vassel Tracking System għal waħda aktar moderna. Barra minn hekk se jsir investiment diġitali biex jimmodernizza r-reġistru tal-vapuri.

L-iskart 

L-impjant tal-Waste to Energy li huwa parti minn din il-kullana ta’ proġett b’investiment ta’ madwar €200 miljun se jkun qed jassorbi l-ikbar investiment iżda qed inżidu wkoll allokazzjoni kapitali oħra biex insaħħu u ntejbu l-infrastruttura li għandha l-kumpanija; dan kollu bħala parti minn proċess ta’ ppjanar serju u fit-tul. 

Fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff ser tiġi introdotta l-faċilità ta’ “Reuse Centres” li ser tippermetti l-użu mill-ġdid ta’ oġġetti bħal ġugarelli, ċeramika, kotba u għamara, issa ser nibdew naħsbu wkoll dwar il-possibbiltà li f’pajjiżna jitwaqqaf “Repair Centre.” 

Enerġija

Gvern li jippjana għal għada u bl-avvanzi fit-teknoloġija, l-iżvilupp tal-idroġenu jista’ jkun wieħed minn diversi sorsi ta’ enerġija nadifa. Wara li ġiet assigurata d-deroga, matul l-2022 ser isiru studji dwar il-fattibilità teknika u finanzjarja ta’ trasmissjoni tal-idroġenu b’użu tal-pipeline. Barra minn hekk, biex titjieb il-kwalità tas-servizz, ser jiġi aċċellerat pjan qawwi ta’ investiment fin-network tad-Distribuzzjoni tal- Enemalta. 

Mħabbra sistema ġdida fis-sistema tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma li hija ġusta għal kulħadd mingħajr ma timpatta b’mod negattiv lill-ebda klijent. Permezz ta’ din is-sistema, il-konsumaturi ser ikunu qed iġemmgħu l-units orħos li ma jużawx biex imbagħad ikunu jistgħu jużawhom f’perjodi fejn ikollhom konsum ogħla. 

L-ilma

Ser tibda topera l-ewwel reverse osmosis iddisinjata mill- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ġewwa Ħondoq ir-Rummien f’Għawdex, b’investiment ta’ madwar €11-il miljun. 

Ikel, Biedja u Sajd 

Inizjattiva għal carbon farming li permezz tagħhom ser jingħataw grants sa massimu ta’ €8,000 biex jinċentivaw bdiewa li għandhom raba’ agrikola li mhix tinħadem jew li bħalissa hija barra mill-produzzjoni jew taħt produzzjoni b’valur baxx sabiex jaqilbuha f’sistemi ta’ Agroforestrija bbażata fuq siġar tal-frott. 

Sport