Tuesday, March 11, 2025

“Possibli aħna l-Maltin sirna daqshekk insensittivi?”… ġeru jitlef ħajtu kawża ta’ hit and run

Aqra wkoll

“Illum jimmarka jum mudlam għall-familja tagħna, hekk kif dalgħodu miet l-anġlu għażiż tagħna ‘Rusty’. Fit-18 ta’ Jannar il-kelb tagħna Rusty kien involut f’inċident ta’ hit and run f’Raħal Ġdid”.

Kien Richard Gatt li ddikjara dan permezz ta’ Facebook, fejn spjega li wara li s-sewwieq laqat lil ġeru, dan allegatamentt baqa’ jagħfas il-gass, bil-konsegwenza li kaxkar lil ġeru ċkejken għal aktar minn ħamsin metru u baqa’ għaddej.

Gatt rrimarka li sfortunatament wara operazzjoni fl-Italja u diversi żjarat għand il-veterinarji fejn ingħata l-kura meħtieġa u l-attenzjoni mill-familja kollha ta’ Gatt sttess, il-ġeru mie dalgħodu.

Fl-istess messaġġ, Gatt staqsa; “Dan huwa l-mod ta’ kif aħna l-Maltin ġejna? Allura ġejna daqshekk insensittivi li wieħed ma jieqafx wara inċident? X’kien jiġri allura jekk Alla jnixxifli lsieni kien ikun tifel jew tifla flok ġeru?”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport