Wednesday, April 24, 2024

Pranzu statali għat-team tal-Korea t’Isfel 

Aqra wkoll

l-President Yoon Suk-yeol se jistieden lit-team nazzjonali Korean għal pranzu statali biex jimmarka l-kisbiet tiegħu fit-Tazza tad-Dinja ta’ din l-edizzjoni. 

Il-kontinġent Korean wasal f’pajjiżu proprju lbieraħ fejn ġie milqugħ b’ċerimonja fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Incheon.

Dan il-pranzu se jkun opportunità għall-president biex iwassal lit-team nazzjonali u lill-coaches “gratitudni f’isem il-poplu Korean” għal dak kollu li kiseb matul il-vjaġġ tiegħu f’din l-akbar kompetizzjoni dinjija. 

“Il-poplu qatt m’hu se jinsa r-rigal ta‘ Diċembru mill-Qatar. Il-poplu Korean huwa kburi b’dan it-team,” qalet is-segretarju presidenzjali anzjan għall-affarijiet tal-istampa, Kim Eun-hye. 

It-team Korean safa eliminat mir-round tal-Aħħar 16 wara li safa megħlub mill-Brażil bl-iskor ta’ 4-1.

Sport