Thursday, December 26, 2024

Premier Ingliż: Arsenal u Liverpool megħluba

Aqra wkoll

Il-Premier League Ingliż huwa l-aktar wieħed imprevidibbli jew l-isbaħ wieħed!

Arsenal u Liverpool, żewġ sfidanti denji għal Manchester City għar-rebħ tat-tit­lu, kontra kull mistenni sfaw megħluba f’darhom minn Aston Villa u Crystal Palace rispettivament … biex gawdew is-Citizens u issa huma l-favoriti netti li jirbħu l-kampjonat għar-raba’ darba konsekuttiva.

Arsenal v Aston Villa – It-team tal-mument, Arsenal, ġew sorpriżi minn Aston Villa bl-iskor ta’ 2-0, b’dawn tal-aħħar jolqtu darbtejn il-lasti wkoll.

Iż-żewġ goals tal-Villans waslu lejn l-aħħar ħinijiet minn Leon Bailey (84) u Ollie Watkins (87) 

Liverpool v C. Palace – Liverpool ħadu gambetta kbira meta ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 1-0 kontra Crystal Palace li ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar disa’ partiti.

Din it-telfa fissret ukoll li t-team immexxi mill-ma­nager, Jurgen Klopp, jinsab fi kriżi kbira wara li sofrew umiljazzjoni minn Atalanta (3-0) fil-UEFA Europa Lea­gue.

L-uniku goal tal-partita wasal minn Eberechi Eze (14).   

West Ham v Fulham – F’darhom West Ham sfaw megħluba minn Fulham bl-iskor ta’ 2-0 bil-protagonista jkun Andreas Pereira (9, 72) li skorja goal f’kull taqsima.

Ekonomija

Sport