Monday, April 29, 2024

Naxxar Lions għadhom mhumiex salvi

Aqra wkoll

Naxxar Lions ….1

Sirens …………..2

Sirens dawru telfa f’rebħa meta għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 2-1, b’dawn tal-aħħar ikollhom jistennew biex isalvaw posthom mal-kbar hekk kif iridu tliet punti oħra biex jagħmlu dan.

Kienu Naxxar li ħolqu l-ewwel periklu fl-10 minuta meta xutt minn pożizzjoni angolata ta’ De Souza ġie salvat mingħajr diffikultá mill-goalkeeper Ini Etim Akpan.

Huma komplew fuq l-offensiva u ħames minuti wara Augusto De Carvalho wiċċ imb’wiċċ ma’ Akpan u tefa’ inkredibbilment barra.

Naxxar Lions meritatament fetħu l-iskor fis-56 minuta meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, JOAO VITOR MOURA CARDOSO, permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa, fost id-dellirju ta’ ferħ tal-partitarji numerużi Naxxarin.

Iżda, fil-85 minuta, Sirens kisbu d-draw b’xutt mill-viċin ta’ BISMARK ASARE.

Huma skorjaw il-goal tar-rebħa fil-91 minuta meta Andreas Panayiotou serva fuq platt tal-fidda lil BISMARK ASARE li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali f’temp ta’ ħames minuti.

Naxxar L.: 1-Matthias Debono, 5-Fernando Barbosa Pereira, 8-Neil Pace Cocks, 9-Pablo Augusto Servo De Carvalho, 15-Ryan Gilmour Cassar, 16-Brandon Rendon Robinson, 17-Takuma Yamaguchi (11-Daren Falzon 83), 22-William Moreira Da Silva Marcilio (3-Nikolai Micallef 74), 23-Maicon De Souza Da Silva (20-Elizeu Espirito Santo 74), 26-Ito Yasukaze, 33-Joao Vitor Cardoso Moura – Coach: George Vella

Sirens: 12-Ini Etim Akpan, 6-Hasan Gomda (23-Bismark Asare 64), 8-Nicholas Pulis, 9-Andreas Panyiotou, 18-Mohammed Akadadom Afiz (17-Charles Agyemang 74), 25-Daniel Murillo Borrero, 29-Kwasi Donsu, 31-Degran Jackson, 44-Konstantinos Ntampizas, 77-Kevin Muscat, 96-Daniel Agius – Coach: Steve D’Amato

Referee: Emanuel Grech

Ass. Referees: Duncan Spencer, Jareth Grima

Raba’ Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann

Skorers: J. V. Moura Cardoso 56 (NL), B. Asare 85, 90 (S)

Player tal-Logħba: Joao Vitor Cardoso Moura (NL)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport