Monday, May 27, 2024

Iron de Ginai bir-raba’ rebħa tiegħu fil-finali Gold

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Misjuq minn Charles Degiorgio, il-Franċiż Iron De Ginai rebaħ l-aktar tiġrija mistennija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tal-kampjonat Bavaria għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza twila ta’ 2640m. Din il-finali għamlet parti mis-sbatax -il laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott. 

Ħdax -il żiemel ipparteċipaw fil-finali Gold. Kif mistenni, kien il-favorit Dats So Crazy (Anton Cassar) l-aktar b’saħħtu fil-bidu tat-tiġrija. Dan minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn First Dream (Charles Camilleri) u Flash De Celland (Michael Ellul). Madankollu, Dats So Crazy beda jnaqqas mill-ġiri meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali.

Kien f’dak il-ħin li wasal l-assalt ta’ Iron De Ginai (Charles Degiorgio) li mar quddiem u ħa r-raba’ rebħa tiegħu bla tbatija minn First Dream. Dats So Crazy kellu jikkuntenta bit-tielet post minn Extra Mossa (Noel Baldacchino). 

Fi tmiem il-finali, Mark Farrugia f’isem l-isponsors ippremjaw lil Jean Paul u Alessio Vella is-sidien u anki Charles Degiorgio, is-sewwieq taż-żiemel rebbieħ. 

Fl-uniku tiġrija tal-klassi Premier, Elixir Du Bocage (Jesmar Gafa’), li okkupa l-ewwel post għal parti twila tad-distanza, ma seta’ jagħmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Rampant (Kerstin Galea) f’nofs id-dritta finali. B’hekk Rampant akkwista l-ewwel rebħa f’Malta b’Elixir D’Anama (Herman McKay) u Rally Inge (Jonathan Farrugia) itemmu warajhom f’dik l-ordni. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Dario Del Brenta (J.C. Pace) Ħin – 3.25.6” (1.17.9”) 2. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino) 3. Grease D’Huon (R. Polidano) 4. Hartist Griff (S. Schembri) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Doc De L’Ormerie (B. Hili) Ħin – 3.23.8” (1.17.2”) 2. Head Over Heels (R. Gatt) 3. Imperatricedarche (Ch. Camilleri) 4. Galys Du Patural (P. Galea) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Iara De Piencourt (Ch. Camilleri) Ħin – 3.23.8” (1.17.2”) 2. Gabin De See (P. Galea) 3. Caesarus D’Ela (S. Schembri) 4. Express Novo (I. Galea) 

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Fangio Du Bocage (N. Baldacchino) Ħin – 3.24.6” (1.17.6”) 2. Galaxie D’Azur (P. Galea) 3. Business Du Bourg (J.C. Pace) 4. Waikiki Man (M. Farrugia) 

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Great Zeus (M. Sammut) Ħin – 3.19.1” (1.15.4”) 2. Gitano De Feline (G. Grech) 3. Atout De Montbrun (N. Baldacchino) 4. Gaston De L’Ante (C. Caruana) 

VI Tiġrija. Klassi Premier Dist – 2640m. 1. Rampant (K. Galea) Ħin – 3.21.3” (1.16.2”) 2. Elixir Du Bocage (J. Gafa’) 3. Elixir D’Anama (H. McKay) 4. Rally Inge (J. Farrugia) 

VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. First Love M.L. (R. Gatt) Ħin – 3.20.8” (1.16.1”) 2. En Toi J’Espere (Cherise Farrugia) 3. Arno Dell’Est (P. Galea) 4. Doudou De Bouere (J.C Pace) 

VIII Tiġrija. Finali Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Iron De Ginai (Ch. Degiorgio) Ħin – 3.16.8” (1.14.5”) 2. First Dream (Ch. Camilleri) 3. Dats So Crazy (A. Cassar) 4. Extra Mossa (N. Baldacchino) 

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Cash de Beauregard (M.Ellul) Ħin – NTR 2. Good Job (J. Bartolo) 3. Wiki Waki Woo (C. Vassallo) 4. Fast And Good (N. Baldacchino) 

Sport