Monday, April 29, 2024

Kuċċier bi ġrieħi gravi wara li nkiser is-serkin li kien fuqu

Aqra wkoll

Kuċċier ta’ 21 sena residentii x-Xewkija qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-12:15p.m kien involut f’inċident fi trakka taż-żwiemel li tinsab fix-Xagħra Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li dan kien riekeb serkin u għal xi raġuni nkiser, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport