Monday, April 29, 2024

Jieħdu punt kull wieħed fi draw ġust

Aqra wkoll

BALZAN ……………………..1

SLIEMA WANDERERS ….1

Sliema Wanderers u Balzan temmew fi draw ġust ta’ 1-1.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fit-22 minuta meta Lydon Micallef għadda tajjeb lejn Abdulahi Mohammed li minn pożizzjoni angolata xeħet barra.

Balzan fetħu l-iskor fit-38 minuta meta wara żball fid-difiża ta’ Sliema,  GEORGE HENRY BLACKWOOD approfitta u xeħet il-ballun fix-xibka.

Balzan reġgħu ħolqu l-periklu fit-62 minuta, meta Olivier Rommens sab lill Aleksa Andrejic li t-tentattiv tiegħu ġie salvat mill-goalkeeper, Rashed Al-Tumi.

Sliema kisbu l-goal tad-draw proprju fl-aħħar mumenti, tal-partita eżattament fit-93 minuta meta s-sostitut NICHOLAS STRICKLAND permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Rudy Briffa.

Balzan: 1-Rudy Briffa, 4-Andre Prates, 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana, 10-Jan Busuttil, 18-Ryohei Michibuchi (8-Paul Fenech 60), 23-Nikola Zerjal, 24-Nikola Braunovic, 27-Olivier Rommens, 77-Aleksa Andrejic (14-Dimeji Awosanja 81), 80-George Blackwood – Coach: Oliver Spiteri

Sliema W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 7-Jake Engerer (20-Denis Damsen 68), 9-Vito Plut (10-Samuel Gomes Da Mata 80), 11-Myles Beerman, 13-James Arthur (14-Nicholas Strickland 87), 15-Gustavo Alcino, 21-Neil Frendo (19-Dannil Kondrakov 80), 33-Geoffrey Acheampong, 70-Lydon Micallef (18-Edmond Agius 87), 77-Abdulahi Mohammed Coach: Paul Zammit

Referee: Alex Johnson

Ass. Referees: Alan Camilleri, Robert Curtis

Raba’ Uffiċjal: Slawomir Olucha

Skorers: G. H. Blackwood 38 (B), N Strickland 93 (S)

Ammoniti: R. Briffa, S. Arab, R. Michibuchi, P. Fenech (B), R. Al-Tumi, J. Engerer, G. Alcino (S)

Player tal-Logħba: Gustavo Alcino (S)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport