Monday, April 29, 2024

Il-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid ma għandha l-ebda intenzjoni li tiftaħ ristorant fuq il-bejt tal-knisja

Aqra wkoll

“Nixtiequ niċċaraw rapport fil-media bl-isem ‘Restaurant proposed on top of Paola parish church’.” . Dan qalitu l-Kurja fi stqarrija fejn spjegat li għall-kuntrarju ta’ dak illi ġie spjegat, il-parroċċa m’għandha l-ebda intenzjoni li tiftaħ ristorant fuq il-bejt tal-knisja.

Qalet li l-intenzjoni hi li tintuża kamra f’wieħed mill-kampnari eżistenti u fiha jkun hemm kafetterija żgħira għall-parruċċani u l-viżitaturi. Kompliet tgħid li l-imwejjed u s-siġġijiet se jitpoġġew barra iżda mhux se jiżdiedu strutturi oħra. Għalhekk, mhux se jkun hemm impatt negattiv fuq il-valur estetiku tal-knisja.

Il-Kurja qalet li l-proġett isir biss jekk jingħata l-approvazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar u skont ir-regolamenti tal-Knisja. Temmet tgħid li dan il-proġett se jgħin biex il-parroċċa tkun ekonomikament sostenibbli, biex b’hekk il-Bażilika tkompli sservi ta’ ċentru pastorali għar-residenti tan-naħa t’isfel ta’ Malta, kif ukoll għall-viżitaturi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport