Saturday, December 21, 2024

Premier Ingliż: Draw bejn Chelsea u Arsenal

Aqra wkoll

Fl-aktar konfront mistenniji, id-derby ta’ Londra bejn Chelsea u Arsenal, intemm fi draw ta’ 1-1 liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd minħabba li ż-żewġ timijiet jinsabu disa’ punti bogħod mil-leaders Liverpool … u erba’ punti taħt Manchester City li jinsabu fit-tieni post.   

Kien Gabriel Martinelli (60) li fetaħ l-iskor għal Arsenal meta tħalla żmarkat waħdu u minn pożizzjoni angolata rnexxielu jegħleb lill-goalkeeper, Robert Sanchez.

Iżda Pedro Neto (70) kiseb id-draw għat-team ospitu b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa li baqa’ sejjer fir-rokna tax-xibka. 

Man Utd v Leicester – Manchester United laqgħu lil Leicester City u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0, f’dik li kienet l-aħħar partita tal-coach temporanju, l-Olandiż, Ruud van Nistelrooy, qabel ma din il-ġimgħa jinħatar il-Portugiż, Ruben Amorim, b’mod uffiċjali, b’kuntratt ta’ tliet snin. 

Il-goals tar-Red Devils waslu minn Bruno Fernandes (17), auto-goal ta’ Victor Kristiansen (38) u Alejandro Garnacho (82). 

Tottenham v Ipswich– Tottenham sfaw sorpiżi minn Ipswich Town bl-iskor ta’ 2-1, b’dawn tal-aħħar jirreġistraw l-ewwel rebħa tal-istaġun. 

It-Tractor Boys fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Sammie Szmodics (31) u Liam Delap (43) filwaqt li Rodrigo Bentancur (69) wieġeb għal Spurs.

Nottm F. v Newcastle – Barra minn darhom, Newcastle dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Nottingham Forest bl-iskor ta’ 3-1, b’goals minn Alexander Isak (54), Joelinton (72) u Harvey Barnes (83) wara li Murillo (21) fetaħ l-iskor għall-Forest. 

Ekonomija

Sport