Arsenal baqgħu jżommu l-pressjoni fuq iż-żewġ timijiet, Liverpool u Manchester City, li jinsabu fl-ewwel żewġ postijiet tal-Premier League Ingliż meta barra minn darhom għelbu lil Sheffield United bl-iskor kbir ta’ 6-0.
Il-partita kienet mirbuħa u mitlufa fl-ewwel taqsima meta sad-39 minuta, il-Gunners fetħu vantaġġ ta’ ħames goals permezz ta’ Martin Odegaard (5), auto-goal ta’ Jayden Bogle (13), Gabriel Martinelli (15), Kai Havertz (25) u Declan Rice (39) biex fit-tieni taqsima Ben White (58) issiġilla r-rebħa.