Wednesday, July 24, 2024

Serie A: Inter jiftħu vantaġġ ta’ 15-il punt

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Inter fetħu vantaġġ ta’ 15-il punti fil-quċċata tal-klassifika hekk kif resqu aktar lejn ir-rebħ tal-Iscudetto meta fadal 11-il partita għat-tmiem. 

Il-goals ta’ Inter waslu fi spazju ta’ tmien minuti fejn l-ewwel kien Kristjan Asllani li tefagħhom fil-vantaġġ fit-30 minuta waqt li Alexis Sanchez irdoppja l-iskor minn penalty fit-38 minuta.

Fl-54 minuta, Genoa naqqsu l-marġni tal-iskor minn Johan Vasquez filwaqt li fis-66 minuta, huma kellhom goal imħassar meta Vitinha waqa’ f’pożizzjoni waqt l-azzjoni. 

Issa Inter għandhom 72 punt, segwiti minn Juventus li għandhom 57.

Ekonomija

Sport