Wednesday, July 24, 2024

Xavi jsemmi l-akbar talent fl-istorja tal-football Spanjol

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Barcelona, Xavi Hernandez, semma’ lill-eks kollega tiegħu, Andres Iniesta, bħala l-akbar talent fl-istorja tal-football Spanjol.

Xavi qal dan filwaqt li faħħar lil Iniesta talli lagħab l-1,000 logħba fil-karriera tiegħu.

Iniesta huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa midfielders fl-istorja tal-football.

Il-player ta’ 39 sena fforma sħubija mill-aqwa ma’ Xavi f’Barcelona għal aktar minn 10 snin u anke għenu lil Spanja jirbħu t-Tazza tad-Dinja fl-2010 fl-Afrika t’Isfel, il-Euro 2008, fl-Awstrija/Svizzera kif ukoll il-Euro 2012 fil-Polonja/Ukrajna.

Wara li ngħaqad mal-club attwali tiegħu, l-Emirates Club fl-UAE fis-sajf li għadda, Iniesta lagħab l-1,000 logħba tal-karriera tiegħu nhar il-Ġimgħa fit-telfa ta’ 2-0 f’Ajman Club fl-UAE Pro League.

Waqt li kien qed jitkellem qabel il-vjaġġ ta’ Barcelona f’La Liga kontra Athletic Bilbao nhar il-Ħadd, Xavi qal: “Andres huwa l-akbar talent li qatt rajt fil-football Spanjol.”

Ekonomija

Sport