Monday, May 13, 2024

Premier Ingliż: Liverpool fil-quċċata b’mod temporanju

Aqra wkoll

Liverpool skurjaw żewġ gowls tard biex għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 3-1 f’Molineux u telgħu mometarjament fil-quċċata tal-klassifika. 

Andy Robertson immarka l-200 dehra tiegħu fil-Premier League billi poġġa lir-Reds fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-85 minuta, qabel ma x-xutt tas-sostitut Harvey Elliott ħabat ma’ Hugo Bueno għal aut-goal sfortunat biex issiġġilla r-rebħa fil-ħin miżjud.

Cody Gakpo kiseb id-draw għal Liverpool fil-bidu tat-tieni taqsima meta kkonverta cross-shot bil-baxx ta’ Mohamed Salah.

It-team ospitu ddomina l-ewwel taqsima u meritatament fetaħ l-iskor meta Hwang Hee-Chan xeħet fix-xibka minn pożizzjoni angolata mill-cross ta’ Pedro Neto.

Sport