Friday, December 27, 2024

Premier Ingliż: Liverpool fl-ewwel post

Aqra wkoll

Liverpool qabżu waħedhom fil-klassifika tal-Premier League Ingliż hekk kif filwaqt li huma għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 2-1, huma gawdew mir-riżultat ta’ draw ta’ 0-0  bejn iż-żewġ l-isfidanti l-oħrajn, Manchester City u Arsenal.

Liverpool v Brighton – Liverpool kellhom jitħabtu biex għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 2-1.

It-team immexxi mill- manager, Roberto De Zerbi, ħarbat għal kollox il-pjani tal-kontroparti tiegħu, Jurgen Klopp, hekk kif wara biss 90 sekonda fetaħ l-iskor permezz ta’ Danny Welbeck.

Peró żewġ goals minn Luis Diaz (27) u Mohamed Salah (65) dawru r-riżultat favur ir-Reds.

Man City v Arsenal – Manchester City laqgħu lil Arsenal u spiċċaw fi draw diżappuntanti ta’ mingħajr goals.

Il-partita ma offriet l-ebda emozzjoni fejn kienet wisq tattika bil-ballun jintlagħab minn kaxxa sa kaxxa biż-żewġ goalkeepers rispettivi rari ġew impenjati.

Jekk is-Citizens gawdew l-aktar mill-pussess tal-ballun, il-Gunners għażlu li jiddefendu bi 11-il player u ppruvaw joperaw bil-kontrattakki.

Ekonomija

Sport