Tuesday, November 26, 2024

Premier Ingliż: Liverpool miżmuma minn Brighton

Aqra wkoll

Wara t-telfa kontroversjali li sofrew kontra Tottenham Hotspur bl-iskor ta’ 2-1, il-ġimgħa li għaddiet, Liverpool marru għand Brighton u spiċċaw bl-iskor ta’ 2-2 liema partita setgħet marret kull naħa. 

Kien Simon Adingra (20) li fetaħ l-iskor għal Brigh­ton wara żball ta’ Virgil van Dijk. 

Iżda Mohamed Salah (40, 45) dawwar l-iskor għal 2-1 bit-tieni wieħed jasal minn penalty f’liema azzjoni kellu jitkeċċa Pascal Gross meta waqqa’ lil Dominik Szoboszlai meta kien f’po­żizzjoni li seta’ jiskorja.

Peró, Brighton ġew imċaħħda minn penalty meta van Dijk mess il-ballun b’idu fil-kaxxa. 

U filwaqt li Ryan Gravenberch ġie mċaħħad mil-lasta għal Liverpool, Lewis Dunk (78) kiseb id-draw għas-Seagulls minn azzjoni ta’ free-kick.    

West Ham v Newcastle – West Ham u Newcastle spiċċaw fi draw ta’ 2-2, hekk kif il-Hammers skorjaw l-ewwel u l-aħħar minn Tomas Soucek (8) u Mohammed Kudus (89) filwaqt li l-protagonsita għall-Magpies kien Alexander Isak (56, 62) li rreġistra doppjetta. 

Wolves v Aston Villa – Wolves laqgħu lil Aston Villa, fid-derby tal-West Midlands, u temmew fi draw ta’ 1-1. 

Kien Hee-Chan Hwang (53) li skorja ġmiel ta’ goal għal Wolves iżda ma tantx damu jifirħu b’dan il-goal minħabba li żewġ minuti wara Pau Torres kiseb id-draw għall-Villans. 

Wolves kellhom lil Mario Lemina (93) imkeċċi għal żewġ karti sofor. 

Sport