Friday, May 3, 2024

Premier Ingliż: Liverpool u Chelsea jtemmu fi draw diżappuntanti

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Liverpool u Chelsea komplew jiddiżappuntaw me­ta ltaqgħu f’Anfield u temmew fi draw ta’ mingħajr goals biex fallew żewġ punti kull wieħed u komplew jitbiegħdu mill-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League. 

Fil-veritá iż-żewġ timijiet kellhom bosta players neqsin hekk kif qed jirkupraw minn injuries fit-tul li kkondizzjonawlhom il-wirjiet tagħhom matul l-istaġun. 

F’din il-partita, rari kien hemm xutt insidjuż lejn il-lasti avversarji minkejja li wara tliet minuti kienu Chelsea li skorjaw minn Kai Havertz liema goal ma ġiex konvalidat minħabba li l-VAR iġġudika pożizzjoni ta’ offside.

Sport