Sunday, November 24, 2024

Premier Ingliż: Manchester City jibqgħu b’punti massimi

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester City baqgħu fil-quċċata tal-klassika meta għelbu lil West Ham bl-iskor ta’ 3-1 biex huma l-uniku team li għandhom punti massimi.

Kienu West Ham li fetħu l-iskor minn James Ward-Prowse (36) iżda tliet goals fit-tieni taqsima minn Je­remy Doku (46), Bernardo Silva (76) u Erling Haland (86) aċċertaw it-tliet punti lit-team immexxi minn Pep Guardiola. 

Aston Villa v C. Palace – Aston Villa laqgħu lil Cry­stal Palace u għelbuhom 3-1 b’żewġ goals jaslu fil-ħin miżjud minn Douglas Luiz (98 pen) u Leon Bailey (102). Kien Odsonne Edouard (47) li fetaħ l-iskor għall-Palace iżda Jhon Jader Duran Palacio (87) kiseb id-draw momentarju għall-Villans.

Fulham v Luton T. – Fulham ospitaw lit-team promoss ta’ Luton Town u reb­ħulhom bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Carlos Vinicius (65).

Man U. v Brighton – Brighton irreġistraw l-akbar sorpriża tal-ġurnata meta marru f’Old Trafford u għelbu lil Manchester United bl-iskor ta’ 3-1 li niżlu fit-12-il post tal-klassifika.

L-iskorers tas-Seagulls kienu Danny Welbeck (20), Pascal Gross (53) u Joao Pedro (71) filwaqt li Hannibal Mejbri (73) skorja l-uniku goal tar-Red Devils. 

Tottenham v Sheffield U. – Tottenham dawru telfa f’rebħa bl-iskor ta’ 2-1 fuq Sheffield United,  biż-żewġ goals jaslu fil-ħin miżjud permezz ta’ Richarlison  (95) u Dejan Kulusevski (101)  wara li Gustavo Hamer (73) fetaħ l-iskor għall-Blades li kellhom lil Oliver McBurnie (100) imkeċċi għal żewġ karti sofor.  

Sport