Saturday, December 21, 2024

Premier League: Hamrun Spartans b’goleada fuq Naxxar Lions

Aqra wkoll

Naxxar Lions ….……0

Hamrun Spartans …6

Minn Cristian Muscat

Iċ-champions Hamrun Spartans irritornaw għar- rebħ bil-kbir meta rreġistraw goleada ta’ 6-0 fuq Naxxar Lions li jinsabu fil-post ta’ qabel l-aħħar.

Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu, fil-11-il mi­nuta, meta Raphael Lopes Silva kellu xutt bid-dawra mid-distanza jintemm ftit barra.

Fl-14-il minuta huma fetħu l-iskor meta  meta minn freekick ta’ Roko Prsa, Nikolai Micallef kien kważi kkommetta auto-goal bil-goalkeeper ta’ Naxxar Matthias Debono jsalva parzjalment iżda l-ballun wasal għand RAPHAEL LOPES SILVA li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Fil-25 minuta, l-Ispartans irduppjaw meta meta JOSEPH MBONG avvanza fil-kaxxa u spara l-ballun fix-xib­ka. 

L-affarijiet komplew jikkomplikaw ruħhom għal Naxxar minħabba li tliet minuti wara, il-Ħamruniżi ngħataw penalty meta Fer­nando Barbosa Pereira waqqa’ lil Chris Ondog fil-kaxxa … u mill-11-il metru, LUKE MONTEBELLO ma żbaljax.

Fit-32 minuta, Ryan Ca­menzuli indirizza cross fid- direzzjoni ta’ Raphael Lopes Silva li kellu x-xutt tiegħu minn taħt il-lasta jiġi salvat b’sieq il-goalkeeper Debono.

Fit-42 minuta, il-Lions wieġbu għall-ewwel darba meta minn azzjoni ta’ free-kick, Takuma Yamaguchi, tħal­la żmarkat bid-daqqa ta’ ras tiegħu tkun salvata parzjalment mill-goalkeeper Henry Bonello u Elionay Freitas kien pront biegħed il-periklu.

Fit-43 minuta, Hamrun komplew ikabbru l-vantaġġ  meta CHRIS ONDONG avvanza fil-kaxxa u tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, free-kick mogħti minn Montebello spiċċat barra.

Mandankollu, fil-55 minuta, l-Ispartans komplew jix­xalaw meta skorjaw il-ħames goal meta CHRIS ONDONG approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża ta’ Naxxar, avvanza u b’eleganza tefa’ l-ballun wara Debono, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali. 

Fis-77 minuta, il-Ħamruniżi skorjaw is-sitt goal me­ta s-sostitut SHAISEN ATTARD, li kien ilu biss ħames minuti fil-ground, ikkontrolla tajjeb qabel spara l-ballun fir-rokna tax-xibka. 

Naxxar L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 4-Vitor De Assis (44-Ito Yasukaze 46), 7-Takuma Yamaguchi (19-Gustavo Barbosa Santos 46), 9-Frederico Taumaturgo, 10-Edson Farias Cerqueira (21-Matthias Fenech 67), 15-Ryan Gilmour Cassar (22-Staline Degabriele 79), 18-Francisco Hudson, 20-Sergio Nascimento Dias (5-Owen Portelli 46), 25-Fernando Barbosa Pereira, 31-Degran Jackson – Coach: George Vella

Hamrun s.: 1-Henry Bonello, 5-Sven Xerri, 7-Luke Montebello (17-Wendel Da Silva Barros 61), 9-Chris Ondong, 10-Joseph Essien Mbong (77-Shaisen Attard 72), 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas da Silva (25-Ederson Bruno Domingos 46), 28-Juan Carlos Corbalan, 33-Mayron (55-Kean Scicluna 76), 94-Ryan Camenzuli, 99-Raphael Lopes Silva (8-Talison Lui Barboza 72) – Coach: Alessandro Zinnari

REFEREE: Daniel Casha

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORERS: R. Lopes Silva 14, J. E. Mbong 25, L. Montebello pen. 28, C. Ondong 44, 55, S. Attard 77 (HS) 

AMMONITI: Mayron (H), F. Barbosa Pereira (N)

Ekonomija

Sport