Tuesday, September 15, 2026
Home Sport Wara r-rebħa fuq Udinese … il-coach ta’ Inter, Cristian Chivu, jinsab sodisfat...

Wara r-rebħa fuq Udinese … il-coach ta’ Inter, Cristian Chivu, jinsab sodisfat iżda …

0
52

Rigward ir-rebħa ta’ Inter fuq Udinese bl-iskor ta’ 5-3, il-coach Cristian Chivu sostna li t-team għamel dak li jaf jagħmel, iżda ammetta li l-ewwel 25 minuta ma kinux tajbin minħabba nuqqas ta’ enerġija. 

Huwa spjega li Udinese approfittaw minn dan u ħadu vantaġġ bikri, iżda faħħar lill-players tiegħu għar-reazzjoni qawwija tagħhom u għall-kburija li wrew biex irritornaw fil-logħba.

Minkejja r-rebħa, Chivu qal li għad hemm ħafna affarijiet li jridu jitjiebu u li anke hu jrid jirrifletti fuq dak li ma rnexxilux iwassal lill-players matul il-ġimgħa. 

Huwa stqarr li jinsab imħasseb, iżda qal li l-istil offensiv ta’ Inter jinvolvi riskji, peress li t-team jilgħab b’ħafna players ’il quddiem u jagħmel aktar rotazzjonijiet. 

Il-coach faħħar ukoll ir-reazzjoni immedjata wara li Inter skorjaw biex għamlu l-iskor 2-2. Huwa tkellem dwar il-fond tal-iskwadra u semma players bħal Henrikh Mkhitaryan, Ange-Yoan Bonny u Aleksandar Stankovic. 

Fl-istess waqt, qal li jinkwieta dwar Petar Sucic u Yann Bisseck, li ma ngħatawx biżżejjed opportunitajiet. 

Qabel il-logħba kontra Roma, enfasizza li Inter mhumiex perfetti u għandhom jibqgħu jaħdmu biex isibu bilanċ, iżommu l-identità tagħhom u jtejbu l-kundizzjoni fiżika tal-players.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here