Tuesday, September 15, 2026
Home Sport Serie A: John Stones isofri injury fl-ewwel partita li beda ma’ Inter

Serie A: John Stones isofri injury fl-ewwel partita li beda ma’ Inter

0
43

John Stones kellu debutt (fil-formazzjoni inizjali) sfortunat ma’ Inter, hekk kif kellu joħroġ mill-ground minħabba problema muskolari waqt ir-rebħa ta’ 5-3 fuq Udinese.

Dan kien l-ewwel darba li d-difensur Ingliż beda logħba mill-bidu taħt il-coach Cristian Chivu, wara t-trasferiment tiegħu lejn Inter minn Manchester City.

Fit-tieni taqsima, Stones ipprova jwaqqaf lil Keinan Davis waqt kontrattakk ta’ Udinese, iżda ħass uġigħ fil-muskolu tal-koxxa u mill-ewwel talab lil sħabu biex jitfgħu l-ballun barra ħalli jkun jista’ jirċievi l-kura. 

Wara li poġġa bilqiegħda fuq il-ħaxix, Stones seta’ jqum u mexa barra mill-ground. 

Skont rapporti, Stones sofra irritazzjoni fil-muskoli tal-koxxa tax-xellug. Għadu mhux magħruf eżatt kemm se jdum barra, iżda bħal Hakan Çalhanoglu jinsab f’riskju kbir li jitlef il-logħba kontra Roma. Inter se jkollhom jistennew aktar testijiet biex jiddeterminaw is-severità tal-injury.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here