Tuesday, September 15, 2026
Home Sport Serie A: Inter jagħmlu rimonta, jegħlbu lil Udinese … u jitilgħu l-ewwel...

Serie A: Inter jagħmlu rimonta, jegħlbu lil Udinese … u jitilgħu l-ewwel ma’ Roma

0
45

Inter kisbu rebħa impressjonanti ta’ 5-3 fuq Udinese f’San Siro u komplew bil-bidu perfett tagħhom fis-Serie A hekk kif ma’ AS Roma qed jaqsmu l-quċċat tal-klassifika. 

Udinese ssorprendew lill-Inter billi marru 2-0 minn fuq fl-ewwel 16-il minuta, grazzi għal goals ta’ James Abankwah (9) u Jurgen Ekkelenkamp (16). 

Madankollu, Inter għamlu reazzjni qawwija u bdew rimonta qawwija. Carlos Augusto (26) naqqas id-distakk b’xutt sabiħ mill-bogħod, qabel Nicolo Barella (35) għamel l-iskor indaqs għaxar minuti qabel il-mistrieħ. 

Fit-tieni taqsima, Marcus Thuram skorja fil-57 minuta biex poġġa lill-Inter minn fuq. Pio Esposito (67) mbagħad żied ir-raba’ goal, filwaqt li s-sostitut Ange-Yoan Bonny (79) kompla bix-xalata ta’ goals u skorja l-ħames wieħed. 

Udinese rnexxielhom jiskorjaw goal ieħor permezz ta’ Idrissa Gueye fil-ħin miżjud, iżda ma setgħux jevitaw it-telfa.

John Stones, li kien qed jagħmel l-ewwel bidu tiegħu ma’ Inter wara t-trasferiment minn Manchester City, kellu joħroġ minħabba problema fil-muskolu tal-koxxa. 

Ir-rebħa żammet lil Inter b’rekord ta’ 100%, flimkien ma’ Roma, filwaqt li Como telgħu fit-tielet post.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here