Tuesday, September 15, 2026
Home Sport Liam Fernando Farrugia ta’ Naxxar Lions jerġa’ jissejjaħ mat-team nazzjonali ta’ Timor-Leste

Liam Fernando Farrugia ta’ Naxxar Lions jerġa’ jissejjaħ mat-team nazzjonali ta’ Timor-Leste

0
47
Ritratt: Naxxar Lions

Liam Fernando Farrugia ġie msejjaħ mat-team nazzjonali ta’ Timor-Leste għall-impenji internazzjonali li ġejjin kontra l-Myanmar u l-Kambodja fl-ASEAN Cup.

Id-difensur xellugi, li twieled fl-Awstralja fl-2003 minn missier Malti u omm Timoriża, wasal reċentement f’Malta biex jibda avventura ġdida mat-team taċ-Challenge League, Naxxar Lions. 

Madankollu, din mhijiex l-ewwel esperjenza ta’ Farrugia mat-tim nazzjonali ta’ Timor-Leste.

Id-difensur diġà ddebutta mat-team nazzjonali tal-kbar ta’ Timor-Leste u lagħab diversi partiti internazzjonali mal-pajjiż Asjatiku. L-istorja tiegħu ma’ Timor-Leste bdiet meta d-difensur kien għadu jilgħab fl-Awstralja, fejn kien qed jirrappreżenta lil Manningham United, fit-Tielet Diviżjoni.

Kien proprju matul dak il-perjodu li Farrugia rċieva l-ewwel sejħiet tiegħu mat-team nazzjonali, grazzi għall-oriġini Timoriża tiegħu, sakemm eventwalment wasal biex jagħmel id-debutt tiegħu fix-xena internazzjonali.

Issa, wara li rritorna fl-Ewropa u ngħaqad ma’ Naxxar Lions, Farrugia jinsab lest biex jerġa’ jilbes il-flokk ta’ Timor-Leste hekk kif it-team nazzjonali qed jipprepara għall-impenji internazzjonali li jmiss kontra l-Myanmar u l-Kambodja fl-ASEAN Cup.

Proprju nhar il-Ħadd li għadda huwa lagħab il-partita kollha fit-telfa ta’ 3-2 kontra Pietá Hotspurs.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here