Saturday, November 7, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Everton jirreġistraw it-tielet rebħa konsekuttiva

Premier League Ingliż: Everton jirreġistraw it-tielet rebħa konsekuttiva

0
37

Everton kisbu it-tielet rebħa konsekuttiva wara li għelbu lil Coventry City bl-iskor ta’ 3-1 f’Hill Dickinson Stadium. 

Wara taqsima ta’ mingħajr goals, Coventry fetħu l-iskor fil-52 minuta permezz ta’ Yann Gboho, iżda Thierno Barry kiseb id-draw erba’ minuti wara b’daqqa ta’ ras. 

L-attakkant Franċiż reġa’ skorja fil-61 minuta biex poġġa lil Everton fil-vantaġġ, qabel ma Kiernan Dewsbury-Hall issiġilla r-rebħa fit-81 minuta wara assist ta’ Barry. 

Minkejja l-protesti ta’ Coventry għal żewġ penalties, id-deċiżjonijiet tal-uffiċjali baqgħu fis-seħħ. 

Din ir-rebħa kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Everton fil-klassifika tal-Premier League taħt it-tmexxija ta’ David Moyes.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here