Sunday, November 24, 2024

Premier League Ingliż: Liverpool f'”finali” oħra … kontra Arsenal

Aqra wkoll

Wara li fost il-ġimgħa ntlagħab it-22 programm tal-Premier League Ingliż wara li kien hemm il-waqfa minħabba r-raba’ round tal-FA Cup, fi tmiem din il-ġimgħa jmiss prog­ramm ieħor li fih il-logħba l-aktar mistennija hija dik bejn Arsenal u l-leaders Li­verpool li għal dawn hija ‘finali’ oħra fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat.

Liverpool qed igawdu ħames punti vantaġġ fuq Arsenal u bil-manager Jurgen Klopp iħabbar li se jitlaq fl-aħħar tal-istaġun, il-players donnhom iktar qed jilagħbu biex jagħtuh l-aħħar tislima fuq nota għolja meta bħal­issa għandhom quddiem għaj­nejhom ir-rebħ ta’ erba’ unuri.

Ma tkunx ħaġa kbira li għal-logħba ta’ għada fl- Emirates Stadium ikollhom lura lil Mohamed Salah issa li l-Eġittu ġew eliminati mit- Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani għalkemm ħalla lit-team wara li weġġa’ l-hamstring.

Ir-Reds jinsabu f’forma aħjar mill-Gunners meta mill-aħħar ħames logħbiet ħadu erba’ rebħiet u draw waqt li tal-aħħar ħadu żewġ rebħiet, draw u sofrew żewġ telfiet.

Manchester City, li jinsabu fit-tieni post,  jilagħbu fl-aħħar logħba tal-prog­ramm eżattament nhar it- Tnejn filgħaxija meta jmorru għand Brentford li ġejjin minn reb­ħa u erba’ telfiet.

Is-City reġa’ kellhom lura lill-attakkant Erling Haaland fl-aħħar 20 minuta tar-rebħa kontra Burnley fl-Emirates. U dan żgur li jissaħħu fl-attakk għalkemm  mingħajru xorta baqgħu jirbħu l-punti tant li r-rekord tagħhom huwa bħal ta’ Liverpool.

Tottenham se jmorru f’Goodison Park biex jiltaqgħu kontra Everton fil- logħba tal-lum kmieni wara nofs in-nhar. Spurs, li qed jilagħbu mingħajr il-Korean, Son Heung-min, li jinsab mat-team ta’ pajjiżu li qed jieħu sehem fl-Asia AFC Cup fil-Qatar, ġejjin minn tliet reb­ħiet u draw waqt li tilfu l-logħba l-oħra.

Għall-kuntratju t-Toffeemen, li jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni, għandhom rekord negattiv meta ħadu żewġ draws biss minn ħames logħ­biet.

Brighton, li dan l-aħħar ħadu skoss lura tant li niżlu jokkupaw id-disa’ post fil-klassifika u ġejjin minn waħda mill-ikbar telfiet għal xi żmien meta nhar it-Tlieta Luton għelbuhom 4-0, se jkunu fl-AMEX Stadium biex jilqgħu lil Crystal Pa­­- la­ce li jinsabu sitt punti fuq iż-żona tar-relegazzjoni.

Ir-rekord tas-Seagulls fl-aħħar ħames logħbiet huwa ta’ rebħa, tliet draws u telfa waqt li l-Palace ħadu żewġ rebħiet u draw, differenza ta’ punt favur dawn tal-aħħar.

Logħba bejn żewġ timijiet li ġejjin minn rekord simili ta’ rebħa u draw u tliet telfiet hija dik bejn Fulham u Burnley li se jiltaqgħu fi Craven Cottage.

Id-differenza bejniethom hija waħda kbira meta Fulham għandhom 13-il punt iktar mill-Clarets tant li qed jidher li l-manager Belġjan, Vincent Kompany, mhux se jirnexxielu jżomm lit-team mal-kbar iktar minn staġun wieħed.

Newcastle se jkunu f’St James Park biex jilqgħu lil Luton Town b’dawn kienu ħarġu rebbieħa 1-0 fl-ewwel round f’Kenilworth Road.

Il-Hatters jistgħu jagħmlu kuraġġ li mill-aħħar ħames logħbiet kisbu tliet rebħiet u draw tant li nqalgħu miż-żona l-ħamra meta jinsabu punt fuq Everton.

Min-naħa tal-Magpies, ġejjin minn rebħa tajba ta’ 3-1 kontra Aston Villa meta kienu qed jilagħbu barra minn darhom biex b’hekk waqqfu sensiela negattiva ta’ erba’ telfiet konsekuttivi.

Aston Villa se jkollhom iċ-ċans jirritornaw għar-rebħ meta fl-aħħar logħba tal-lum imorru għand it-team tal-qiegħ tal-klassifika, Sheffield United, li kull ma ħadu huma 10 punti.

Kaġun tat-telfa kontra Newcastle, il-Villa niżlu fil-ħames post bid-differenza tal-goals u għalhekk iridu jpattu għad-disfatta ta’ fost il-ġimgħa.

Għada wara nofs in-nhar se jintlagħbu tliet logħbiet fejn Bournemouth jilqgħu lil Nottingham Forest, Chelsea lil Wolves u Manchester United lil West Ham.

Iċ-Cherries se jkunu f’darhom kontra Nottingham Fo­rest li għandhom 20 punt, sitta inqas minn Bournemouth b’dawn ikunu tmien punti fit-tajjeb iktar mit-tielet team mill-aħħar.

It-team ta’ Andoni Iraola ġej mid-draw ta’ 1-1 kontra West Ham b’dawn jiksbu l-paritá minn penalty. 

Il-Forest ġejjin minn telfa ta’ 2-1 f’darhom minn Arsenal.

Chelsea se jkunu fi Stamford Bridge kontra Wolves meta t-tnejn ġejjin minn tel­fiet li fihom sofrew erba’ goals, il-Blues 4-1 kontra Liverpool u Wolves 4-3 kontra Manchester United.

Għalhekk wieħed irid jara fejn se jmorru l-punti wara dawn it-telfiet bil-Blues ikollhom il-vantaġġ li se jkunu f’darhom.

Kien importanti li l-Uni­ted jirbħu l-logħba f’Molineux meta telgħu fis-seba’ post tmien punti wara r-raba’ team u għalhekk għad għand­hom xaqq ta’ dawl li jistgħu jiksbu post fiċ-Champions League.

Sport