Wednesday, July 24, 2024

Premier League Ingliż: Liverpool fi klassi għalihom

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Liverpool kienu fi klassi għalihom meta għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 4-1 biex żammew il-vantaġġ ta’ ħames punti fil-quċċata tal-klassifika.

Wara li Darwin Nunez ġie mċaħħad darbtejn mil-lasta, ir-Reds fetħu l-iskor minn Diogo Jota (23) meta għadda bejn żewġ difensuri qabel xeħet il-ballun fix-xibka, filwaqt li Conor Bradley (39) irdoppja b’xutt lejn ir-rokna tax-xibka. 

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Nunez falla penalty meta ħabbat il-ballun mal-lasta. Madankollu, Dominik Szoboszlai (65) u Luis Diaz (79) jaċċertaw ir-rebħa,  bi Christopher Nkunku (71) iwieġeb għal Chelsea. 

Man City v Burnley – Manchester City żammew il-pass mal-leaders Liverpool meta għelbu lil Burnley bl-iskor ta’ 3-1.

Is-Citizens daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ żewġ goals skorjati minn Julian Alvarez (16, 22) … u mal-ftuħ tat-tieni taqsima huma żiedu l-iskor minn Rodri (46). Iżda Ameen Al-Dakhil (93) naqqas il-marġni għal Burnley.

Tottenham v Brentford – Tottenham ospitaw lil Brentford u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-2. Il-Bees skorjaw l-ewwel u l-aħħar minn  Neal Maupay (15)  u Ivan Toney (69) rispettivament filwaqt li t-tliet goals ta’ Spurs waslu minn  Iyenoma Udogie (48), Brennan Johnson (49) u Richarlison (56).

Ekonomija

Sport