Saturday, November 30, 2024

Premier League Ingliż: Liverpool jaqbżu waħedhom fl-ewwel post

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Liverpool qabżu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika meta filwaqt li huma għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 2-1, il-leaders preċedenti Manchester City marru għand Bournemouth u ħarġu telliefa bl-istess skor. 

Barra minn hekk, Arsenal, li fil-bidu tal-istaġun kienu qed jitqiesu bħala sfidanti dejni għar-rebħ tat-titlu, barra minn darhom tilfu bl-iskor ta’ 1-0 kontra Newcastle. 

Liverpool v Brighton – Wara li fl-Amex Stadium għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 3-2 fil-League Cup, nhar l-Erbgħa li għadda, din id-darba Liverpool laqgħu lill-istess Seagulls u reġgħu rebħulhom din id-darba bl-iskor ta’ 2-1. 

Kienu Brighton li sikktu lill-partitarji f’Anfield meta fetħu l-iskor minn Ferdi Kadioglu (14). 

Iżda żewġ goals minn Cody Gakpo (69) u s-solitu Mohamed Salah (72) dawru telfa f’rebħa għat-team immexxi mill-manager, Arne Slot.  

Newcastle v Arsenal – F’partita goffa li fiha ġew murija tmien karti sofor, erbgħa fuq kull naħa, Newcastle għelbu lil Arsenal bl-iskor ta’ 1-0 biex dawn tal-aħħar kisbu biss punt mill-aħħar tliet partiti. 

Din kienet rebħa mist­ħoqqa għall-Magpies min­ħabba li qatt ma taw ċans lil Arsenal jirkupraw mindu marru fil-vantaġġ minkejja li fl-aħħar mumenti Declan Rice seta’ kiseb id-draw għall-Gunners. 

Il-goal importanti wasal fit-12-il minuta meta Alex­ander Isak ikkonkluda bir-ras mill-cross preċiż ta’ Anthony Gordon.   

Bournemouth v Man City – Wara li sfaw megħluba minn Tottenham (2-1) fil-League Cup, il-bieraħ Manchester City marru għand Bournemouth u ħarġu telliefa bl-iskor skor. 

Antoine Semenyo (9) u Evanilson (64) taw vantaġġ doppju liċ-Cherries filwaqt li Josko Gvardiol (82) wieġeb għas-City.

Ipswich v Leicester – Leicester City salvaw ir-riżultat għand Ipswich għal 1-1 b’goal proprju fl-94 minuta minn Jordan Ayew wara li fetħu assedju fuq il-lasti avversarji. 

Leif Davis (55) fetaħ l-iskor għal Ipswich li kel­lhom lil Kalvin Phillips (77) imkeċċi għat-tieni karta safra. 

Nottm F. v West Ham – Nottingham Forest komplew bis-sensiela pożittiva tagħhom meta ospitaw lil West Ham u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0 biex qabżu waħedhom fit-tielet pożiz­zjoni. 

Il-goals tagħhom waslu minn Chris Wood (27), Callum Hudson-Odoi (65) u Ola Aina (78).

Il-Hammers lagħbu taq­sima sħiħa bi player inqas meta tkeċċa  Edson Alvarez (45) għal żewġ karti sofor. 

Southampton v Everton – F’darhom Southampton għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal tal-partita jasal minn Adam Armstrong (85). 

Wolves v C. Palace – Wolves u Crystal Palace temmew fi draw ta’ 2-2. Tre­voh Chalobah (60) u Marc Guehi (77) skorjaw għall- Palace filwaqt li  Strand Larsen (67) u Joao Gomes (72) wieġbu għall-Wolves. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport