Friday, December 13, 2024

3 persuni fosthom żewġt itfal l-Isptar wara inċident f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-11.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Dawret San Pawl, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Imġarr u Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Mosta. Fil-Honda Fit kien hemm ukoll tliet passiġġieri, mara ta’ 35 residenti x-Xagħra, tifel ta’ 6 snin u tifla ta’ 11.

Filwaqt li x-xufier tat-Toyota Vitz ma weġġax, il-persuni li kienu fil-Honda Fit sofrew xi ġrieħi u għalhekk issejħet ambulanza u tim mediku li assista lill-vittmi. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.

Aktar tard il-mara kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-persuni l-oħra sofrew ġrieħi ħfief

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport