Monday, December 9, 2024

Gzira United jiksbu rebħa mill-aktar importanti

Aqra wkoll

Gzira United ……..….3

Zabbar St Patrick ….1

Minn Cristian Muscat

Gzira United għelbu lil Zabbar St Patrick bl-iskor ta’ 3-1 biex issa riżultat ta’ draw ikun biżżejjed kontra Hamrun Spartans biex jik­kwalifikaw mat-Top Six.

Kienu Zabbar li ħolqu l-ewwel periklu wara biss tliet minuti meta Joao Diogo Tavares avvanza tajjeb iżda kellu x-xutt tiegħu jaħbat max-xibka minn barra.

Peró kienu Gzira li fetħu l-iskor fid-disa’ minuta meta Thiago Espindola xeħet cross lejn GABRIEL BOHRER MENTZ li permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin tefa’ ġewwa.

Iżda Zabbar ma rmewx ix-xugaman, anzi wettqu reazzjoni u ta’ dan ġew ippremjati meta fil-21 minuta huma kisbu l-goal tad-draw meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Zachary Grech, DORDE JOVICIC, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ xutt mill-ewwel tefa’ ġewwa.

Sitt minuti wara, il-coach Taljan ta’ Zabbar, Aniello Parisi, kien kostrett jeffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ David Oliveira Souza biex minfloku daħal jilgħab is-sostitut Maritim Augusto Ferreira.

Fit-28 minuta, il-Maroons kienu għoddhom reġgħu marru fil-vantaġġ meta Thaylor Aldama xeħet il-ballun fid-direzzjoni ta’ Alex Da Paixao Alves li iżda ġie antiċipat fil-ħin mill-goalkeeper, Matthew Grech, qabel seta’ jagħmel xi forma ta’ ħsara.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Gzira ħarġu ferm aggressivi u fis-56 minuta Thaylor Aldama kellu xutt b’saħħtu u angolat minn ġol-kaxxa li ntemm ftit għoli.

Huma komplew fuq l-offensiva u żewġ minuti wara Christian Saint Ebisinidor kellu x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa jintemm għoli.

Fil-61 minuta, il-Gżirjani marru fil-vantaġġ meta Thaylor  Aldama pprovda l-assist lil ALEX DA PAI­XAO ALVES li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fis-86 minuta, huma ssi­ġillaw ir-rebħa meta ALEX DA PAIXAO ALVES qabeż tliet difensuri u għeleb lil Grech.

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Enrico Peppe, 7-Thaylor Aldama (11-Faysal Chouhab Hassany 91), 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias (47-Brooklyn Borg 91), 14-Luis Carlos Riascos (4-Joseph Minala 91), 18-Christian Saint Ebisindor (23-Farid Romero Zuniga 91), 20-Alex Da Piaxao Alves, 92-Kevin Tulmieri (6-Andrew Borg 63), 93-Thiago Espindola – Coach: Andrew Cohen

ZABBAR SP: 24-Matthew Grech, 5-Jake Micallef, 8-Felix Wallace Bnilha, 11-Stefan Ilic (31-Joao Pedro De Sa Mendonca 72), 13-Zachary Grech (22-Isaac Thomas James Davey 59), 19-Diogo Joao Tavares, 21-Strahnja Jovancic, 23-Leonardo Agius (4-Miguel Azzopardi 72), 28-Vinicius De Paixa (10-Brian Ariel Gambarte 72), 55-Dorde Jovicic, 99-David Oliveira Souza (7-Maritim Augusto Ferreira 27)   – Coach: Aniello Parisi

REFEREE: Ezekiel Barbara

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, James Muscat

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORERS: G. Bohrer Mentz 9, A. Da Paixao Alves 61, A. Da Paixao Alves 86 (G), D. Jovicic 21 (Z)

AMMONITI: E. Pepe, B. Borg (GU), B. A. Gambarte, I. T. J. Davey (ZSP)

Gzira United jiksbu rebħa mill-aktar importanti

Gzira United ……….3

Ekonomija

Sport