Monday, December 9, 2024

Hamrun Spartans isofru r-raba’ telfa nfila

Aqra wkoll

Hamrun Spartans ….2

Marsaxlokk …………3

Minn Cristian Muscat

Mill-ħażin għall-agħar – hekk biss tista’ tiġi deskritta s-sitwazzjoni attwali ta’ Hamrun Spartans. Dan wara li sofrew ir-raba’ telfa konsekuttiva hekk kif din id-darba sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-2 minn Marsaxlokk  biex issa jinsabu fil-periklu li jistgħu jispiċċaw fil-Bottom Six meta l-logħba li jmisshom hija dik kontra Gzira United li se tiddermina d-destin tagħ­hom. 

Kienu Hamrun Spartans li ħarġu l-aħjar iżda proprju fit-tieni attakk li ħolqu, fit-38 minuta, Marsaxlokk fetħu l-iskor meta Jan Quintongo żmarka għal kollox lil YURI DE JESUS MESSIAS li għalkemm ippressat minn Ryan Camenzuli, avvanza u għeleb lill-goalkeeper,  Henry Bonello.

Il-pressjoni bdiet tikber fuq il-Ħamruniżi u fit-tieni taqsima ħarġu aktar avventurużi biex fit-53 minuta ngħataw penalty meta l-goalkeeper Xlukkajr, Marko Drobnjak, laqat wiċċ Emerson Marcelina fit-tentattiv li jikklerja … u mill-11-il metru JOSEPH MBONG ma żbaljax b’xutt ċentrali.

Peró, żewġ minuti wara, Marsaxlokk reġgħu marru fil-vantaġġ meta rebħu penalty għal hands ta’ Roko Prsa li ppermetta lil YURI DE JESUS MESSIAS jirreġistra doppjetta personali billi xeħet lill-goalkeeper Henry Bonello fuq in-naħa l-ħażina.

L-affarijiet komplew jikkomplikaw ruħhom għall-Ispartans meta, fl-64 minuta, JAI QUITONGO approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża Ħamruniża, avvanza u sammar il-ballun fix-xibka.

L-Ispartans għamlu reaz­zjoni u reġgħu daħlu fil-partita meta, fid-79 minuta, is-sostitut GABRIEL VELLA għeleb lil Drobnjak fit-tieni tentattiv wara li kellu daqqa ta’ ras imblukkata mill-istess goalkeeper Xlukkajr.

Fl-94 minuta, Hamrun kel­lhom lil Mattias Ellul imkeċċi wara li kkommetta foul profes­sjonali … biex il-ġurnata għalihom marret mill-ħażin għall-agħar!!

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 5-Sven Xerri, 6-Daniel Letherby (8-Talison Lui Barboza 61), 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas Da Silva, 28-Juan Carlos Corbalan, 77-Shaisen Attard (94-Gabriel Vella 77), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli (3-Mattias Ellul 77), 99-Raphael Lopes Silva (19-Vitor Hugo Da Silva 65)   – Coach: Alessandro Zinnari

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobjnak, 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias (11-Duane Bonnici 74), 19-Jose Ulises Arias, 21-Jai Quitongo (9-Patrick Nonato 94), 23-Alex De Aguilar Gomes (8-Jake Ghio 94), 24-Enmy Mauel Pane Beltre, 27-Leandro Aguirre, 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna   – Coach: Vincenzo Potenza

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Daniel Portelli

SKORERS: Y. De Jesus Messias 38,  56 pen, J. Quitongo 63 (M), J. E. Mbong 54 pen, G. Vella 79 (HS) 

AMMONITI: R. Lopes Silva, R. Camenzuli, R. Prsa (H), N. Raden, M. Drobnjak (M)

TKEĊĊA: M. Ellul 94 (HS)

Ekonomija

Sport