Manchester City kisbu rebħa ta’ 1-0 fuq ir-rivali Manchester United f’Old Trafford, minkejja li lagħbu b’għaxar players għal aktar minn siegħa. Erling Haaland skorja l-gosl deċiżiv fit-tieni taqsima, f’azzjoni li kellha bżonn reviżjoni twila tal-VAR.
Il-logħba nbidlet fit-23 minuta meta Phil Foden ta’ Manchester City tkeċċa wara li ta daqqa bis-sieq lil Bruno Fernandes. Ir-referee Michael Oliver ħareġ il-karta l-ħamra u City kellhom jkomplu l-logħba b’10 players.
United kellhom l-aħjar opportunitajiet fl-ewwel taqsima. Marcus Rashford kważi fetaħ l-iskor bi freekick li ħabat mal-lasta, filwaqt li Kobbie Mainoo laqat il-lasta wkoll ftit wara l-mistrieħ.
Madankollu, Manchester City ħadu l-vantaġġ fis-60 minuta. Josko Gvardiol xeħet kross lejn Haaland, li minn angolu diffiċli dawwar il-ballun fix-xibka.

Il-goal inizjalment ġie annullat għal offside, iżda wara reviżjoni twila tal-VAR ġie kkonvalidat. Ir-replays urew li sieq Patrick Dorgu kienet qed iżżomm lil Haaland f’pożizzjoni legali. Il-VAR iddeċieda wkoll li l-pożizzjoni ta’ Enzo Fernandez, li pprova jilħaq il-ballun mingħajr ma messu, ma kinitx biżżejjed biex il-goal jiġi annullat.
Il-United ippruvaw jiskorjaw il-goal tad-draw fl-aħħar minuti, iżda l-goalkeeper ta’ City Gianluigi Donnarumma għamel save spettakolari fil-ħin miżjud biex ċaħħad lil Bryan Mbeumo.




