Saturday, September 5, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Manchester City kellhom jitħabtu kontra Coventry City

Premier League Ingliż: Manchester City kellhom jitħabtu kontra Coventry City

0
62

Manchester City baqgħu b’rekord perfett fil-Premier League wara rebħa diffiċli ta’ 1-0 kontra Coventry. Erling Haaland skorja l-uniku goal tal-logħba fis-26 minuta b’daqqa ta’ ras, u b’hekk ta lit-team tiegħu t-tliet punti. Il-goal kien ukoll il-300 wieħed ta’ Haaland fil-karriera tiegħu mal-clubs. 

Enzo Fernandez, li ngħaqad ma’ City fl-aħħar jum tat-trasferimenti, kellu sehem importanti fl-azzjoni li wasslet għall-goal wara li pprovda pass tajjeb lil Antoine Semenyo.

Coventry, immexxija minn Frank Lampard, issieltu sal-aħħar u ħolqu diversi opportunitajiet, iżda baqgħu mingħajr goal wara t-tliet logħbiet tagħhom fil-Premier League. 

Gianluigi Donnarumma għamel bosta saves importanti fuq Jack Rudoni u Ellis Simms, filwaqt li Taiwo Awoniyi tilef ċans tajjeb. 

B’din ir-rebħa, Manchester City telgħu temporanjament fil-quċċata tal-klassifika.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here