Saturday, October 24, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Tottenham Hotspur jirbħu fi Stamford Bridge

Premier League Ingliż: Tottenham Hotspur jirbħu fi Stamford Bridge

0
63

Tottenham Hotspur kisbu rebħa importanti ta’ 2-0 barra minn darhom kontra Chelsea, fit-tieni rebħa biss f’37 żjara fil-kampjonat fi Stamford Bridge … bir-rekord ikun ta’ 11-il draw u 24 telfa!

Wara taqsima bilanċjata, Chelsea sofrew goal sfortunat meta, fis-77 minuta,  il-goalkeeper Mike Penders dawwar il-ballun fix-xibka tiegħu stess minn corner. 

Is-sitwazzjoni kompliet tiggrava għall-Blues meta Cole Palmer tkeċċa wara t-tieni karta safra. 

Tottenham approfittaw mill-vantaġġ numeriku u, fit-87 minuta, Mathys Tel issiġilla r-rebħa.

B’hekk Spurs telgħu fit-12-il post, filwaqt li Chelsea temmew sensiela ta’ sitt logħbiet mingħajr telfa f’darhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here