Roma żammew ir-rekord tagħhom mingħajr telfa fis-Serie A bi draw drammatiku ta’ 3-3 kontra Napoli fi Stadio Diego Armando Maradona.
Napoli fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Andre Zambo Anguissa (28) u Scott McTominay (48) iżda Matias Soule (70) u Leonardo Balerdi (74) kisbu d-draw għal Roma.
U meta McTominay (83) reġa’ poġġa lil Napoli fil-vantaġġ kulħadd antiċipa li l-Partenopei kienu se jieħdu t-tliet punti iżda Roma kellhom ideat oħra minħabba li Balerdi (89) salva r-riżultat għal Roma.





