Tuesday, December 24, 2024

Premier League: Manchester City jiddominaw lil Manchester United

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester City umiljaw lil Manchester United meta, f’Old Trafford, għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0. 

Ir-Red Devils ma kel­lhom l-ebda risposta għal-logħob tal-avversarji tagħ­hom filwaqt li l-goalkeeper, Andre Onana, wettaq bosta saves biex żamm l-iskor aktar rispettabbli. 

Il-goals waslu minn Erling Haaland (24, 49 pen) u Phil Foden (80).  

West Ham v Everton – Everton irreġistraw sorpriża kbira meta barra minn darhom għelbu lil West Ham bl-iskor ta’ 1-0 biex akkwis­taw tliet punti mill-aktar importanti fil-ġlieda tagħhom għas-salvazzjoni. 

L-uniku goal tal-partita wasal fil-51 minuta minn Dominic Calvert-Lewin. 

Aston Villa v Luton – Aston Villa għelbu lil Luton Town bl-iskor ta’ 3-1 biex saħħew il-ħames pożizzjoni.  Il-goals ġew skorjati minn John McGinn (17), Moussa Diaby (49) u Tom Loc­kye (62 o.g.). Luton naqqsu l-marġni minn auto-goal ta’ Emilano Martinez (83). 

Brighton v Fulham – Brighton ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Fulham. Evan Ferguson (26) fetaħ l-iskor għal Brighton iżda Joao Palhinha (65) kiseb id-draw għall-viżitaturi. 

Liverpool v Nottm F. – Liverpool komplew iżommu l-pass mat-timijiet ta’ fuq meta kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fuq Nottingham Forest. L-iskorers kienu Dio­go Jota (31), Darwin Nunez (35) u Mohamed Salah (77).  

Ekonomija

Sport