Wednesday, November 6, 2024

Premier Lge: Wolves jegħlbu lil Spurs b’żewġ goals fil-ħin miżjud

Aqra wkoll

Wolves serqu l-aħbarijiet fil-Premier Lea­gue Ingliż meta dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Tottenham bl-iskor ta’ 2-1 biż-żewġ goals jaslu fil-ħin miżjud.

Wolves v Tottenham – Wolves laqgħu lil Tottenham u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 biex daawn tal-aħħar sofrew it-tieni telfa konsekuttiva. 

Wara biss tliet minuti Spurs fetħu l-iskor minn Brennan Johnson. Mal-ħin Wolves għamlu reazzjoni iżda fallew bosta ċansijiet u bil-logħba tidher li kienet se tispiċċa f’rebħa għal Spurs, huma skorjaw żewġ goals minn Mario Lemina (91) u Pablo Sarabia (97).

Arsenal v Burnley – Arsenal ospitaw lil Burnley u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1, bl-iskorers ikunu Leandro Trossard (45), William Saliba (57) u Oleksandr Zinchenko (74) filwaqt li Josh Brownhill (54) kiseb id-draw momentarju għal Burnley. 

Il-Gunners kellhom lil Fabrio Vieira (83) għal karta ħamra diretta. 

C. Palace v Everton– Barra minn darhom Everton għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 3-2 biex din ir-rebħa tiswa mitqlu deheb għall-viżitaturi hekk kif jinsabu fil-ġlieda għas-salvazzjoni. 

Il-goals tat-Toffees ġew skorjati minn Vitaliy Mykolenko (1), Abdoulaye Doucoure (49) u Idrissa Gueye  (87) filwaqt li Eberechi Eze (5 pen) u Odsonne Edouard (74) rrispondew għall-Pa­lace. 

Man Utd v Luton – Manchester United għelbu lil Luton bl-iskor ta’ 1-0. 

Mingħajr ma tant impressjonaw, ir-Red Devils ħadu dak li riedu għalkemm wieħed irid jgħid li matul it-tieni taqsima, Luton indirizzaw xutt wieħed biss lejn il-lasti avversarji. 

L-uniku goal ġie skorjat minn Victor Lindelof (59). 

Sport