Thursday, December 26, 2024

“Premju li niddedikah lil dawk kollha li qed jaħdmu favur il-paċi”

- Ir-rebbieħ tal-Lifetime Achievement Award Albert Marshall

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Albert Marshall, ir-rebbieħ tal-Lifetime Achievement Award waqt il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena, iddedika l-premju mogħti lilu lil dawk il-ħaddiema kollha li b’xi mod jew ieħor qed jaħdmu għall-paċi madwar id-dinja. 

Is-Sur Marshall, b’karriera twila ta’ aktar minn 50 sena fil-qasam televiżiv, teatrali u dak letterarju, filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan ir-rikonoxximent, irringrazzja b’mod partikolari lil martu Jane tal-għajnuna kbira li dejjem sostnietu biha.

Huwa beda biex qal lil dan is-sit li l-karriera letterarja u teatrali tiegħu bdiet fis-sniin sittin. Qal li l-ewwel impatt li għamel kien bħala promutur tar-rivoluzzjoni ċkejkna fi żmien il-moviment qawmien letterarju tas-sittinijiet. 

“Flimkien ma’ kittieba żgħażagħ li konna niltaqgħu fl-Università rrealizzajna lii kien hemm bżonn li nniedu direzzjoni ġdida fil-letteratura Maltija. Ridna li nisfidaw l-istatus quo u nniedu ħsibijiet u metodi ġodda ta’ kif inħaddmu lsienna,” qal is-Sur Marshall.

“Minn hemm ‘il quddiem, mill-Unversità, għax-xogħol tiegħi fil-qasam tat-teatru, it-televiżjoni u r-radju, bqajna tilgħin u kont kontinwament ngħix u naħdem barra minn Malta.”

Fil-fatt, ix-xogħlijiet letterarji tiegħu ġew ippubblikati b’mod estensiv mhux biss f’pajjiżna imma wkoll fl-Awstralja u l-Kanada fost oħrajn. “Minkejja dan kollu, xorta waħda nemmen li bqajt nikkontrbwixxi għall-qasam televiżiv, teatrali u letterarju,” tenna s-Sur Marshall.

Ekonomija

Sport