Thursday, July 30, 2026
Home Sport Problemi fl-isponsor ewlieni ta’ Inter 

Problemi fl-isponsor ewlieni ta’ Inter 

0
881

Inter qed jaffaċċjaw problema mhux mistennija bl-isponsor ewlieni tagħhom hekk kif il-kumpanija tal-Crypto Currency DigitalBits qed jonqos milli jonora l-ftehim finanzjarju li ffirma d-direttur ewlieni.

Id-diriġenti Nerazzurri ilhom jikkuntattjaw lill-istess diretturi tal-kumpanija li minkejja kollox qed isibuha bi tqila biex iħallsu parti mill-isponsor li jammonta għal €23 miljun.

Dan kollu jista’ jfisser li l-club ma jkollux sponsor ewlieni għall-istaġun li ġej mal-ewwel u għalhekk bdil ukoll fl-istil tal-flokk tagħhom.