Thursday, November 14, 2024

Proċess aktar effiċjenti fejn jidħlu strutturi perikolużi

Aqra wkoll

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), mhux biss qed tkompli ssaħħaħ is-servizz offrut lill-pubbliku, imma wkoll qed tkompli ttejjeb id-djalogu mal-istakeholders fl-industrija tal-Kostruzzjoni. Dan qed isir mhux biss bil-għan li jkomplu jogħlew l-istandards fis-settur, imma wkoll biex itejjeb l-effiċjenza fil-proċessi.

Wara konsultazzjoni mal-Kamra tal-Periti (KTP), intlaħaq ftehim dwar proċess rivedut ta’ kif għandhom jiġu approvati xogħlijiet ta’ strutturi perikolużi jew kif inhuma magħrufa aħjar dangerous structures.

Għaldaqstant il-proċess issa huwa li ladarba l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) tapprova x-xogħlijiet, il-perit responsabbli mill-istess xogħlijiet jibgħat kommunikazzjoni bit-talba lill-BCA fuq email [email protected] li għandha tinkludi s-site responsibility form (full u summary) u insurance policy.

Kif tintbagħat din l-email l-perit ser jirċievi mingħand il-BCA clearance awtomatika għal dak ix-xogħol. Dan qed isir għal fatt li xogħol li jinkludi dangerous structure huwa minnu nnifsu xogħol ta’ urġenza u għaldaqstant il-BCA qed tati lok li xogħlijiet bħal dawn isiru fl-immedjat.

Il-BCA qed titlob li meta l-perit jirċievi l-clearance dan itellagħha fil-forma ta’ PDF fuq il-portal eApps flimkien mar-responsibility forms u l-insurance.

Din il-proċedura ser tibda titħaddem mit-Tnejn 9 ta’ Settembru 2024.

Ekonomija

Sport